best deal

Wednesday, 28 March 2018

"Nixtieq narah imqar għal 5 minuti biex ngħannqu" - omm Ziam


Lil Ziam tiftakruh żgur. Tifel li għadda minn ħafna.


Fl-ewwel jum ta' din is-sena, Ziam ta' sentejn jaqleb għall-agħar. "Imbagħad kien fuqi, għamel kważi tliet kwarti, u mbagħad f'daqqa waħda waqaf jieħu n-nifs. Ħa l-aħħar nifs qawwi, u waqaf. Dak il-ħin bdejt ngħid, 'Imma din veru ġrat? Daqshekk ħa narah? Tal-aħħar rajtu jieħu n-nifs?' Imma veru tal-aħħar kien."

"Ziam kien speċjali għalija. Imbagħad tibda tarah bla ħajja u jibdew ilibbsuh qisu sejjer xi mkien ... iebsa. Filli tbusu u filli għalxejn għax kesaħ. Qatt ma nista' ninsieh. Ġie għal 3 snin u għallimna ħafna. Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar inkun nixtieq narah imqar għal 5 minuti, tgħannqu."

"Ma tistax il-ħin kollu toqgħod tibki hux. Għat-taparsi tkun qed tgħix normali, tipprova imma ma tkunx normali. It-tifla għandha problema kbira. Kull karta li ssib tikteb fuqha I love you Ziam," jgħidilna l-missier.

"It-tifla għandha cushions, tawhomlha l-ħbieb tagħha, b'wiċċu fuqhom. Tqiegħdhom fis-sodda magħha, tgħattihom bil-kutra u tgħidli, 'Għax jiksaħ.'" Titkellem oħt Ziam u tgħidilna, "Qisni ma kontx naf li sejjer. Jien kont inħobbu ħafna u hu kien iħobbni."

Minkejja li tilfet lil binha, omm Ziam tagħżel li tibqa' tgħin lil Puttinu. "Għax bħalma għaddejt jien u sibt l-għajnuna, tajjeb li ssibha u tagħtiha lil ħaddieħor. Ziam żgur hekk jixtieq daqskemm iħobbhom lit-tfal. Nibda ngħidlu, 'Ziam itlob għat-tfal kollha li huma mardu.'

Għalhekk, nhar il-Ġimgħa f'Xarabank ftakar f'Puttinu.

No comments:

Post a Comment