Maria. Fid-duluri tas-sena l-oħra saru jafu li żewġha Dustin marid bil-kanċer. Ftit jiem ilu Dustin ħalliena. Kellu 31 sena. Ħalla warajh lil ibnu Jack ta’ sentejn. Ħalla warajh lil martu Maria.
“L-aħħar ftit jiem kien iħares
lejja u jgħidli, ‘Together’ u jien
ngħidlu, ‘Għal dejjem’. Qabel telaq kien dar lejja u qalli, ‘Inħobbok’, u
għedtlu, ‘Anke jien.’”
Fil-funeral, Maria tħossha
kburija bi żewġha. “Meta rajt dawk in-nies kollha fil-knisja, dik iċ-ċapċipa
kbira li daħlet ġo qalbi... kont kburija li kont il-mara tiegħu imma issa iktar
u iktar għax naf kemm kien maħbub.”
Maria titkellem miegħu kull ħin u
kull mument. “Il-ħin kollu. Kull ħin u kull mument. Nitkellem miegħu imma ma jirrispondinix.
Però naf li qiegħed jismagħni.”
Minkejja li Dustin m’għadux
magħna, Maria se tkompli tgħin lil Puttinu. “Għalkemm jien tlift ir-raġel
tiegħi jiena se nibqa’ ngħin. Kieku kien hawn hu hekk kien jagħmel. Dustin kien
iħobb jgħin u ovvjament xogħlu irrid nieħdu jien. Bħala turija ta’
apprezzament, dak li għamel magħna Puttinu, jiena rrid nagħti lura bi sħiħ.”
Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, f’Xarabank,
ftakar f’Puttinu.
No comments:
Post a Comment