best deal

Friday, 30 March 2018

Sena wara li fieqet mill-kanċer, żewġha jaqbdu kanċer ukoll


Raymond bħalissa qiegħed l-Ingilterra għall-kura.

Rose, il-mara tiegħu qiegħda miegħu l-Ingilterra. Qegħdin joqogħdu fi flat li pprovdilhom Puttinu.

Rose wkoll kellha kanċer. Sena wara li fieqet minnu, jaqbad kanċer lil żewġha Raymond.

"Ħadtha bi kbira tiegħu, iktar milli tiegħi għax meta kont naf x'għandi jien għedt, 'Grazzi Mulej. Aħjar jien milli t-tfal u r-raġel." 

Ilhom l-Ingilterra 3 xhur u ħallew warajhom lil uliedhom u lin-neputijiet hawn Malta. "Narahom kuljum. Inkun nixtieq inbushom u ngħannaqhom imma ma nistax. Għandi ġenn sakemm nerġa' nerfagħhom."

Puttinu jfisser ħafna għal Rose u għal Raymond. "Lanqas nimmaġina Malta mingħajr Puttinu. Ma nafx x'kienu jagħmlu qabel għax qisek meta tkun fl-affari tkun taf. Diffiċli għal min għadda minnha qabilna u kellu jsiefer għall-kura u ma kienx hemmx Puttinu."

Illejla, f'Xarabank, ftakar f'Puttinu

No comments:

Post a Comment