Dawn is-700 żagħżugħ/a għamlu jumejn flimkien.
Ftit iktar minn ġimgħa ilu, sar l-ewwel festival għaż-żgħażagħ 'Encounter' li fih ż-żgħażagħ iltaqgħu ma' żgħażagħ oħra. Permezz tal-esperjenzi tagħhom għarfu s-sbuħija u l-kobor ta' Alla, u ċċelebraw il-ħajja u l-fidi. Dan filwaqt li ltaqgħu ma' realitajiet differenti rrappreżentati minn għadd ta' gruppi u għaqdiet fil-Knisja.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa' maż-żgħażagħ u ċċelebra quddiesa matul il-jumejn tal-festival.
L-attività ġiet organizzata mill-Kumissjoni tal-Knisja għaż-żgħażagħ.
Ritratti: Kurja/knisja.org/ritratti
No comments:
Post a Comment