Stephen kien nurse jaħdem l-emerġenza. Kien ilu tmien snin marid bil-kanċer. Illum Stephen ħalla warajh liż-żewġ uliedu u lil martu Natasha.
Aħna tkellimna ma' martu Natasha li tgħidilna li Stephen kien bniedem li kellu mħabba kbira. "Kien raġel tal-ġenn. Kien jaf iħobb u kien jaf jirrispetta lil kulħadd u mhux lill-familja tiegħu biss. Għamilt ħajti miegħu, u bqajt miegħu sal-aħħar mument. Qatt ma tlaqtu. Minn filgħodu sa filgħaxija ħdejh. Bħalissa qed inħoss li ħajti spiċċat. Mingħajru min jiena xejn."
Aħna tkellimna wkoll mal-maniġer tal-Malta Community Chest Fund Foundation, Claire Micallef Pule, li kienet taf lil Stephen permezz ta' xogħolha. Tiddeskrivi lil Stephen bħala bniedem b'qalbu tajba. "Bħala stuttura, Stephen kien ġgant, bħala manjieri u tjubija qisek qed tara tifel tant kemm kellu qalbu tajba. Jinkwieta fuq ħaddieħor u mhux fuqu nnifsu. Hekk kien. L-aħħar li mort ħdejh kien mitluf minn sensih. Għalkemm kont qed nistennieha, xorta jaqbadni swied ta' qalb għax kien raġel b'qalbu tajba u ħalla nies li kienu jħobbuh ħafna. Ħa jħalli vojt kbir. Min-naħa l-oħra, hekk straħ, u nemmen b'qalbi u b'ruħi kollha li fejn qiegħed, qiegħed ħafna aħjar. Iebsa issa li naf li mhux ħa nkellmu iktar u jaqbadni d-dwejjaq. Għalkemm ilu ħafna marid, kellu xewqa kbira li jgħix u b'dak il-mod se nibqa' niftakru."
Dwar Stephen, tkellem ukoll Peppi Azzopardi, li kien intervista lil Stephen u ftit żmien ilu mar jarah. "Ftit żmien ilu mort nara lil Stephen. L-imħabba li rajt u ħassejt f'dik id-dar ġo qalb din il-familja nibqa' nġorrhom miegħi bħala ispirazzjoni."
L-aħħar tislima lil Stephen se tingħata nhar il-Ħamis fis-14:00, fil-Knisja ta' Santa Marija f'Ħal Għaxaq.
Din l-intervista sħiħa li ntweriet fl-Istrina, f'Diċembru li għadda:
I knew you when you were so young Stephen. You were a very hard working man , kind, and honest. May the Lord be with you wherever you are. Goodnight my friend.
ReplyDeleteStephen was a great father to his kids...he always tried to do his utmost for them..may God welcome him with open arms.Rest in peace Stephen...you will live on in your kids..
ReplyDelete