best deal

Thursday, 19 April 2018

BIL-FILMATI: Wara 17-il sena, Keith Demicoli jiltaqa' maz-ziju li emigra lejn l-Awstralja


Iz-'ziju' ta' Keith Demicoli kien emigra lejn l-Awstralja b'$100 biss. 



Aħna tkellimna ma' Keith li jirrakkontalna kif ħu n-nannu tiegħu li jismu John, isejjaħlu 'ziju'. "John jiġu ħu n-nannu tiegħi imma nsejjaħlu ziju. Jien kelli relazzjoni qrib ħafna man-nannu għax meta miet il-papà trabbejt għandu. Allura John jiġi qisu ħu 'missieri' għax in-nannu kienu qisu missieri minħabba li l-papà tiegħi tlifu meta kont għadni żgħir."

John kien emigra lejn l-Awstralja fis-snin 70 b'$100 biss f'butu. "Iz-ziju kien emigra fl-1972 u fl-1977 iddeċieda li flimkien ma' familtu jiġi lura lejn Malta, u l-flus kollha li faddal f'ħames snin nefaqhom fil-passaġġ biex ġie lura Malta. Però wara 6 ġimgħat, fejn anke l-bagalji lanqas kienu għadhom waslu, kien reġa' mar l-Awstralja għax ma kienx ħassu komdu Malta, u baqa' hemm sal-lum. Emigra lejn l-Awstralja b'$100 biss f'butu u fl-Awstralja ħadem mal-flotta t'hemmhekk u rabba sitt itfal."

F'Awwissu z-ziju ta' Keith kien qiegħed ħażin ħafna. Minħabba f'hekk, is-saħħa tiegħu ma tippermettilux li jiġi Malta. Però ftit jiem ilu, Keith, bħala ġurnalist, ġie assenjat biex jirrapporta ż-żjara tal-Prim Ministru fl-Awstralja. Għalhekk ħa l-okkażjoni biex jiltaqa' maz-ziju tiegħu.

"Bqajt erbat ijiem iktar biex immur lejn Sydney ħalli niltaqa' maz-ziju tiegħi. Għamilt ġimgħa maz-ziju u mat-tifel tiegħu. Konna mmorru l-quddiesa miegħu u xħin naslu kien jagħmilli l-breakfast filgħodu. Kien jaf li ħa niġi narah imma kulma kont ikkonfermajtlu xi 4 ijiem qabel li kont se mmur narah, allura kien ħerqan ħafna."




Għal Keith, il-laqgħa miegħu kienet tfisser ħafna. "Diffiċli biex nispjega l-emozzjoni li ħassejt fi kliem. Però kienet emozzjoni li ħalliet impatt fuqi. Rajt raġel li b'sagrifiċċju kbir u b'għafsa ta' qalb ħalla kollox warajh, mar l-Awstralja biex jagħti ġejjieni aħjar lill-familja tiegħu, lis-sitta tat-tfal. Minkejja għaddew 46 sena minn kemm ilu li mar, huwa jgħidlek li xorta ma darax biżżejjed l-Awstralja. Li mmur l-Awstralja ma tiġrix sikwit u li naf li huwa mhux ġej lura Malta, ħassejt li din hija okkażjoni unika biex narah."

Keith emozzjona ruħu meta ra filmat tiegħu ta' meta kellu biss erba' ġimgħat. "Emozzjonajt ruħi iktar għax imbagħad ir-raġel ta' waħda mit-tfal tiegħu qalli li meta kien jiġi Malta, iz-ziju kien jiġi jiffilmja. Inzerta li meta twelidt jien, fl-1982, kien iffilmja lili, u fil-filmat qed iżżommni z-zija Tess, il-mara taz-ziju John, u fih jidher in-nannu tiegħi."

Ara dan il-mument u l-laqgħa ta' Keith ma' zijuh fil-filmat t'hawn taħt:


A dream come true. A life long desire to reunite with my amazingly caring 78yr old great-uncle John & his extraordinary loving family in Australia 🇦🇺 has finally come true. He migrated to 🇦🇺 in the 70s with only $100 in his pocket. He went on to work really hard with the 🇦🇺 navy & raise 6 adorable children. He’s a great family gentleman & someone I look up to. Regrettably he was recently seriously ill & will not take any long-haul flights again. Thks to this 1982 footage (of his family visiting Malta) I also got to see some rare footage of my great-auntie Tess holding me for the very first time in the presence of my family including my late grand-father Charlie who died on this day 13yrs ago & my late dad. What a memorable day 🤗 #familygoals #onceinalifetime #lifeisshort #liveitmeaningfully
A post shared by Keith Demicoli (@keithdemicoli) on

No comments:

Post a Comment