best deal

Thursday, 26 April 2018

Dawn huma l-iktar 3 affarijiet li jikkawżaw l-ikbar stress


Stress. Ħafna, jekk mhux kulħadd, jaf x'inhu stress. Ix-xogħol, l-eżamijiet, tibdil tad-dar, l-għajjat tar-raġel jew tal-mara, il-qrid tat-tfal, il-mard, l-ispejjeż, il-mewt u r-relazzjonijiet, kollha jikkawżaw xi tip ta' stress. Anke tgħidhom, aħseb u ara tesperjenzahom! Però liema huma l-iktar tliet ċirkustanzi li jikkawżaw livelli għolja ta' stress?

It-telfa ta' xi ħadd għażiż/a
It-telfa tas-sieħba/sieħeb, tal-omm jew tal-missier, tat-tifel, tat-tifla jew tat-tfal,  tal-ħabib/a hija l-ikbar stress li persuna tista' taffaċċja. Il-mewt huwa parti mill-ħajja, imma t-telfa ta' xi ħadd għażiż tikkawżawha iktar stress. Qalbna tinqasam aħna u nġarrbu dan id-dulur. Sfortunatament ftit li xejn nistgħu nagħmlu fuqha u hija xi ħaġa li rridu naffaċċjaw xi darba jew oħra f'ħajjitna. 
Id-divorzju
Anke jekk aħna kuntenti li fl-aħħar ħlisna mill-eksmaħbub/a tagħna, id-divorzju jqanqal ħafna stress. Minbarra li jikkawża stress lill-koppja nfisha, tikkawża stress kbir lit-tfal. Ħafna koppji tant ikunu mdawrin bl-emozzjonijiet tagħhom matul id-divorzju, li ftit li xejn jinnutaw l-impatt li qed tħalli s-sitwazzjoni fuq it-tfal. Anke jekk huma żgħar wisq biex jifhmu, it-tfal ukoll jesperjenzaw stress kbir li jaraw lill-ġenituri tagħhom jiddivorzjaw.
Li tiċċaqlaq minn dar għal oħra
Anke jekk tiċċaqlaq minn girna għal palazz, dan it-tibdil jikkawża stress kbir! Tista' tkun okkażżjoni sabiħa, imma xorta tħarbatlek ir-rutina kollha. Kull ħaġa li titliflek ir-rutina, tikkawża stress. Meta tiċċaqlaq minn post għal ieħor, iġġib diżordni fil-familja kollha. Dan apparti li trid iġġorr l-affarijiet!
Fuq l-ewwel tnejn, diffiċli biex issib soluzzjoni tanġibbli għall-istress li jikkawżawlek. Però l-Best Deal Properties għandhom is-soluzzjoni għat-tielet waħda.

Aħna tkellimna ma' Erksine Vella minn Best Deal Properties li huwa żviluppatur Malti tal-propjetà. Jgħidilna li l-budget huwa wieħed mill-ikbar uġigħ ta' ras. "L-iktar ħaġa importanti għan-nies huwa l-budget, jiġifieri li jsibu dak li jixtiequ b'dak il-budget li jaffordjaw. Jikkawża ħafna stress meta wieħed jiċċaqlaq minn post għal ieħor, għax hemm ħafna affarijiet li jidħlu fin-nofs. Fosthom iż-żmien, li tiddependi ħafna min-nies, ċertu affarijiet ma jmorrux kif tixtieq u jkollok tibdel il-pjanijiet kollha, u li trid toħroġ ħafna flus. Minħabba li dan huwa wieħed mill-ikbar investiment ta' ħajtek, bilfors jinħoloq l-istress."

Però jekk tmur għand Best Deal Properties, żgur li dan l-istress jonqoslok b'iktar min-nofs. "Aħna qed nagħtu ċans lill-klijent li jagħżel u jiddisinja l-affarijiet hu, u mhux jidħol f'appartament lest li jrid jieħdu bilfors. Allura dawn l-affarijiet kollha li bniedem jagħmel kieku jixtri għalih biex jagħmel il-post kif jixtieq hu, aħna permezz tal-project managers tagħna, nieħdu ħsieb li nagħmluhom kif jixtieq il-klijent. B'hekk l-istress li tiġri wara n-nies inti u l-affarijiet kollha involuti biex tlesti appartament, dawk nieħdu ħsiebhom kollha aħna u li m'għandux għalfejn jidħol fihom il-klijent. Il-klijent kemm jiġi, jara x-xogħol u jara li huwa kuntent."

Illum il-ġurnata, Erskine u Chris, tal-Best Deal Properties, huma tnejn mill-aktar żviluppaturi tal-propjetà mfittxijin f'Malta minħabba x-xogħol professjonali tagħhom fil-proġetti ta' kostruzzjoni li jagħmlu madwar Malta u Għawdex.

Jekk trid tkun taf aktar dwarhom u dwar ix-xogħol tal-Best Deal Properties, tista' tidħol fuq is-sit tagħhom, u anke fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom.


No comments:

Post a Comment