
Ta' kull sena dan il-qassis fl-1 t'April jagħmel ċajta lin-nies li jmorru l-quddies.
Tiftakruha ċ-ċajta tas-sena li għaddiet? Is-sena l-oħra lill-parruċċani ta' San Bastjan, Dun Brian kien qalilhom li minħabba l-prezz tal-ostji ogħla ħafna, kull min jitla' jitqareb irid itella' 5 ċenteżmi miegħu u jitfagħha f'sasla apposta, biex tittaffa' l-ispiża tal-ostji.
Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, Fr Brian ħaseb għal oħra, din id-darba bħala l-kappillan tal-parruċċani Kalkariżi. Fr Brian ħasibha sew u rabat iċ-ċajta mal-festa ta' San Ġużepp, tal-Kalkara stess.
"Il-festa ta' San Ġużepp ġejja fil-15 ta' Lulju. Dakinhar se taħbat il-finali tat-Tazza tad-Dinja. Fl-avviżi tal-quddiesa għedtilhom li minħabba f'hekk, il-festa ta' San Ġużepp se ssir fil-15 ta' Awwissu, f'Santa Marija, biex niċċelebraw il-festa ta' San Ġużepp u ta' martu flimkien. Minħabba li din hija l-ewwel sena tiegħi l-Kalkara, qbadthom fuq sieq waħda u belgħuha."
Jgħidilna li kien ilu jippjanaha u din kien diġà tkellem dwarha anke fil-laqgħat b'rabta ma' tal-festa, biex żgur din iċ-ċajta tirnexxi. "Fl-evalwazzjoni tal-festa lill-kummissjoni u lir-rappreżentanti tal-każini tal-baned, kont għedtilhom li rridu naħsbu sew x'se nagħmlu għall-festa minħabba li se taħbat fil-finali tat-Tazza tad-Dinja. Għedtilhom li jien inżomm mal-Ġermanja u ma tantx se jkolli moħħi hemm jekk il-Ġermaniżi jkunu fil-finali u fl-istess ħin ikun ħiereġ San Ġużepp."
U Fr Brian irnexxilu jqanqal tbissima fuq wiċċ il-parruċċani.

Dun Brian huwa magħruf ukoll għall-mod kif daħħal il-maġija, il-puppets u ċ-ċajt fil-liturġija tat-tfal. Dun Brian jilbes ta' clown u jagħmel il-maġija quddiem it-tfal biex jgħallimhom ir-reliġjon. U skontu, din il-ħaġa taħdem ħafna.
Inti għamilt ċajta lil xi ħadd jew għamlulek ċajta? Għidilna billi tikkummenta hawn taħt.
Il-Kunsill Lokali ta' Hal Balzan ukoll naghmlu cajta fuq i-Facebook page taghna. Is-sena l-ohra ghidna li nsterqed statwa tal-gebel antika mit-triq u tellajna ritratti edited, u din is-sen ghidna li ser jinbieghu figolli bir-ritratti tal-kunsilliera, wkoll bir-ritratti edited �� tajjeb li kuktant nidhqu ftit u naqtghu mis-serjeta.
ReplyDeleteProsit Fr Brian -- Kompli gib l-ghaqda fostna ----keep it up.
ReplyDelete