Fil-ġranet li għaddew, raġel uża l-kolla tal-ġrieden u minflok ġurdien, weħel pitirross.
F'reazzjoni, il-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Emanuel Buhagiar qalilna li l-ebda annimal ma għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ. "L-ebda annimal ma għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn." Iżid jgħid li l-kolla ma tistax tintuża biex jinqabad annimal. "Billi l-kolla hija waħda mill-modi kif, jekk jinqabad annimal fiha, toħloqlu dan il-gwaj kollu, kif hemm fl-artiklu ma tistax tintuża biex dan jiġi maqbdud."
B'referenza għal-leġislazzjoni, il-Kummissarju jgħidilna li l-kolol ma jistgħux jintużaw għalhekk. "Meta xi ħadd juża l-kolla għal xi għan li jinqabdu annimali, kif deskritti fil-liġi, hija ċara li ma tistax tintuża, għaldaqstant dawk l-annimali kollha li huma protetti b'dawn il-liġijiet."
Itenni li l-kolla ma tistax tintuża bħala nassa. "Mhijiex il-kolla li hija projbita f'Malta jew hija illegali li xi ħadd jimpurtaha, hi x'inhi l-kwalità tagħha, sakemm din tissodisfa liġijiet l-oħra li huma permessi. Imma meta din tintuża bħala nassa għal xi annimal kif deskritt fil-liġijiet li semmejt u bil-konsegwenzi li ġġib magħha jkun hemm ksur tal-liġijiet."
No comments:
Post a Comment