Monday, 23 April 2018
ESKLUSSIVA: Chris Fearne jwieġeb dwar jekk il-gays hux se jkunu jistgħu jagħtu demm
Wara l-inċident taż-Żurrieq, kien hemm appell kbir biex min jista' jagħti d-demm. Kien hemm ħafna rġiel gays li bdew jgħidu li għandhom l-istess tip ta' demm imma ma jistgħux imorru għax huma gays.
Irġiel gays ħa jibqgħu ma jistgħux jagħtu demm? Id-Deputat Prim Ministru Dr Chris Fearne ma' Xarabank jistqarr li se jkunu jistgħu jagħtu demm. "Is-sistema ta' għalfejn ma jistgħux sal-lum kienet li l-bank tad-demm jgħid li hemm ċerti kategoriji ta' nies li ma jistgħux jagħtu demm minħabba li jistgħu jkunu assoċjati mar-riskju akbar ta' problema għal min jieħu d-demm."
B'apparat ġdid, se jsiru iżjed testijiet fini fuq id-demm ta' kulħadd. "Issa l-irġiel gays li għandhom relazzjoni sesswali ma' rġiel oħra, statistikament u sfortunatament juri li għandhom riskju akbar ta' ċertu kundizzjonijiet li jistgħu jgħaddu minn ġod-demm. Allura issa aħna ħriġna tender, li ilu jinkiteb għal dawn l-aħħar xhur, biex nixtru apparat ġdid fejn inkunu nistgħu nagħmlu iktar testijiet fini fuq id-demm ta' kulħadd, mhux tal-gays biss u allura ċerti kategoriji li ma setgħux jagħtu, ħa jkunu jistgħu jibdew jagħtu, fosthom irġiel li jkollhom relazzjoni ma' rġiel oħra."
Itemm jgħidilna: "Ladarba jgħaddi t-tender, jidħol l-apparat u jkun hemm it-taħriġ tal-personnel, ikunu għaddew ftit xhur, il-persuni gays mhux se jibqgħu ma' dawk il-persuni li s'issa ma jistgħux jagħtu demm."
Ritrat tax-xellug: Times of Malta
Ritratt tal-lemin: bestofnetwork.gr
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment