best deal

Tuesday, 24 April 2018

Għandu jkun hemm 'cameras' fuq il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol?



Inti taqbel jew ma taqbilx li jkun hemm cameras fuq il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol?

Ftit tal-jiem ilu tellajna dan ir-ritratt b'din il-mistoqsija. Filwaqt li li kien hemm min qabel li jkun hemm cameras minħabba għas-sigurtà tal-ħaddiema stess, il-maġġoranza tan-nies ma qablux.

Roderick Mizzi kien fost dawk in-nies li qablu, "X'inhi l-problema li jkollok camera? Anzi pjuttost ċerti xogħlijiet hemm bżonnhom iżjed minn oħrajn li jkun hemm camera. Jien ix-xogħol immur biex naħdem. Min iħaddimni jaf x'inhu x-xogħol tiegħi u billi kollhom aċċess jarawni nagħmlu ma fiha xejn. I'm sure li għandhom xogħol biżżejjed biex ikunu qed jaħdmu bħali u ma jkunux sieq fuq sieq kif qed jimmaġinawhom xi wħud jaraw xi Grande Fratello. Wara kollox dik il-camera tista' tkun utli għalija jekk jinqala' xi ħaġa fl-uffiċċju u jkolli bżonn prova ta' dak li ġara. Sinċerament min jibqa' li jkollu camera fuqu sinjal li qed jagħmel xi ħaġa bil-ħabi u ma jridx jinqabad li qed jagħmilha għaliex jekk qed taħdmu, x'differenza se tagħmel jkun hemm camera jew le?

Min-naħa l-oħra, Louisa Gauci Loporto ma taqbilx. "Le. Il-kapaċità li turi ħila, reputazzjoni u imġiba huma biżżejjed biex turi x'tip ta' ħaddiem inti. Wettaq evalwazzjonijiet biex issegwi l-impjegati tiegħek mhux tara kull mossa tagħhom. Il-fiduċja għandha tiġi mingħand il-ħaddiem u mingħand min qed iħaddem. Fl-aħħar mill-aħħar, kumpanja ma tistax tiġi mmexxija mingħajr il-ħaddiema u x-xogħol jista' jiġi mwettaq tajjeb jekk iħossuhom siguri, komdi, fdati u rrispettati."

Inti x'taħseb? Ikkummenta hawn taħt.

No comments:

Post a Comment