Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali qal li din hija illegali.
Ilbieraħ raġel qalilna li ma kienx jaf li l-kolla tal-ġrieden illegali u se jtellgħuh l-Qorti. Dan wara li r-raġel uża l-kolla biex jikkontrolla l-infestazzjoni tal-ġrieden f'daru u minflok ġurdien, mal-kolla weħel pitirross.
Ħafna staqsew, 'Imma jekk hija illegali kif qed tinbiegħ mill-ħwienet?" Aħna komplejna nistaqsu u tkellimna ma' Arnold Sciberras, professional pest controller speċjalizzat l-iktar fil-ġrieden u gradwa f'dan il-qasam mill-Università ta' Warwick.
Jgħidilna li l-kolla mhijiex illegali. "Għall-bidu l-Kummissjarju tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali qal li hija illegali. Jiena ċempiltlu u għedtlu li fittixna fil-leġiżlatura Maltija, u l-liġi ma tgħidx li ma tistax tuża kolla u lanqas tgħid li hija illegali. Il-moħqrija hija illegali u huwa xtaq juri l-pubbliku li ma tistax taqbad u tuża dawn l-affarijiet bl-addoċċ"
![]() |
Ritratt: Arnold Sciberras (Times of Malta) |
Aħna tkellimna wkoll mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali dwar l-istorja tal-bieraħ. Filwaqt li ma qalliniex jekk ir-raġel se jittellax il-Qorti, ma tax reazzjoni għall-artiklu u stqarr magħna li l-każ qed jiġi investigat.
Inti taqbel mal-użu tal-kolla?
No comments:
Post a Comment