best deal

Wednesday, 18 April 2018

"Illum se jaqtgħuli sieqi l-leminija" - Damian


Damian għandu 16-il sena u llum dieħel għal operazzjoni li matulha ħa jaqtgħulu siequ l-leminija. Bl-operazzjoni tal-lum, Damian ikun għamel 101 operazzjoni.


Minn meta twieled, Damian sofra minn kundizzjoni li biha qed ikollhom jaqtgħulu partijiet minn ġismu. Damian qatta' ħin iktar l-isptar milli d-dar.

Aħna tkellimna ma' Damian li qallina, "Illum se jagħmluli l-operazzjoni li fiha ħa jaqtgħuli sieqi minn fuq l-irkoppa. Ix-xellugija diġà messewha." Il-lejl li għadda, Damian stqarr li dan se jkun l-aħħar lejl li se jorqod b'saqajh. "Dan il-lejl huwa l-aħħar wieħed li fih se norqod b'saqajja. M'iniex kuntent imma xi drabi trid tagħmel dak li ma tridx. Tinkwetax Damian, inti b'saħħtek biżżejjed biex tagħmilha. Il-lejl it-tajjeb lil sħabi u lil familti. Grazzi tal-appoġġ tagħkom."

Skont ir-rekords li jeżistu, Damian jidher li huwa l-iżjed persuna li qatt għamel operazzjonijet f'Malta. 

Bħalissa li tista' tagħmel huwa li titlob għalih, u tħajjar lil ħaddieħor jagħmel bħalek.

Ara l-intervista li konna għamilna lil Damian sentejn ilu:

7 comments:

  1. nitlob ghalik mhux ghal operazzjoni biss imma anke ghal futur tieghek biex ikollok kuragg ta sur .. jiddispjacini mmens nara guvni bhalek li qed tghaddi minn hafna tbatijiet .. jien bhala omm nibki ghalik avolja ma nafekx imma qalbi tinghafas naqra u nammira l kuragg kbir li ghandek .

    ReplyDelete
  2. Ghalik Mulej xejn ma huwa impossibli nitolbu u int tighna dak li ser nitolbuk, qedin nitolbu ghal saqajn Damian biex tfiq imedjatament qabel ma jkun tard wisq u sirlu l operazzjioni. Fisem ibnek Gesu Kristu ta Nazareth nitlob dan.

    ReplyDelete
  3. Il mulej mieghek damien mhux ghalissa biss imma ghal dejjem.Fit talb taghna xxxxxx

    ReplyDelete
  4. Kuragg Damien nitlob ghalik u ghal familja tieghek

    ReplyDelete
  5. Damien offri id-dbatijiet tieghek ma dawk ta Gesu Msallab ghal midimbin u ghal glorja ta Alla l=Imbierek li kollox jaf minn xiex ghaddej. Huwa jtik il-qawwa u l-kuragg li ghandek bzonn. Il premju tieghek ikun kbir hafna.XXXX

    ReplyDelete