Tfajla li kienet qed tbati minn attakk ta' ażżma ma titħallix tidħol fil-kamra tat-trattament taċ-ċentru tas-saħħa qabel ma tinxef l-art.
Aħna tkellimna mas-sieħeb tat-tfajla li jgħidilna kif kienet infermiera li ma tatx prijorità lill-pazjenta.
"It-tfajla tbati mill-ażżma (silent asthma) u meta jkollha bonn nebulizer tkun gravi ħafna, tant li tippanikja u ma tkunx taf x'ħa taqbad tagħmel. Bħas-soltu, meta jaqbadha attakk tal-ażżma mmorru ċ-ċentru tas-saħħa. Xħin wasalna naraw cleaner qed taħsel kamra wara oħra. Issa dawk li jkollhom bżonn nebulizer għandhom dritt li jaqbżu n-nies u jibqgħu deħlin fil-kamra tat-trattament. Kif wasalna mill-ewwel għednielha lill-cleaner biex tgħajjat lil xi infermiera ħalli tiġi tgħinna. Il-cleaner mill-ewwel telqet ġol-istaff room biex tgħid lill-infermiera. Xħin ħarġet l-infermiera qaltilna, 'L-ewwel ħa tinxef l-art u mbagħad tidħol,' u daħlet 'il ġewwa."
Ir-raġel iwieġeb lill-infermiera. "'Mela l-ewwel nistennew l-art tinxef u mbagħad naraw x'għandu bżonn il-pazjent?' Bl-arroganza kollha ħarġet mill-kamra fejn kienet qed tieħu brejk u qaltilna, 'L-ewwel naħslu l-arti ħalli nneħħu l-mikrobi u mbagħad tidħlu intom.'"
It-tfajla tibda tiggrava. "It-tfajla bdiet tiggrava u bdejna nibżgħu nissugraw inħalluha tistenna għax bdiet tbiddel il-kuluri. Bdiet tippanikja ħafna għax kienet iffrustrata li l-ewwel importanza kienet l-art u mhux hi. Din xorta setgħet iddaħħalha ġo kamra oħra tat-trattament għax hemm tnejn imma tatx kasna. Minflok qabdet u marret fl-istaff room. Minn hemm morna għal klinikja tal-Mosta fejn qdewna mill-ewwel u nirringrazzjahom għas-servizz eċċellenti li tawna."
"Nappella biex ikun hawn iktar serjetà għax din setgħet spiċċat agħar," itemm jgħidilna.
Xarabank bagħat lill-Ministeru tas-Saħħa għal reazzjoni.
U jien nursing aide ,ghax ghint pazzjent ilni sospendut seba xhur,dan grazzi ghas sinjura camilleri is ceo tal kura primarja.fuck off.
ReplyDelete