L-intenzjoni tar-raġel li juża l-kolla kien biex jikkontrolla l-infestazzjoni tal-ġrieden f'daru. Minflok ġurdien, il-persuna sabet pitirross imwaħħal mal-kolla.
Aħna tkellimna mar-raġel li jgħidilna kif kull ġimgħa f'daru jidħol ġurdien. "Fejn noqgħod jien, il-Fgura, hemm żewġ għelieqi, u hemm infestazzjoni sħiħa ta' ġrieden. Aħna li noqogħdu isfel, imtlejna bil-ġrieden. Anke l-għasfar tiegħi qed jiġu attakki mill-ġrieden. Ma tgħaddix ġimgħa li ma jidħolx ġurdien. Ipprovajt minn kollox iżda l-unika ħaġa li ħadmet kienet il-kolla."
Ir-raġel jagħmel il-kolla fejn jidħlu l-ġrieden, u jsib pitirros imwaħħal mal-kolla. Itella' ritratt u tinqala' kontroversja sħiħa. "Innutajt li daħal ġurdien li kiel għasfur minnhom u użajt il-kolla biex jinqabad dan il-ġurdien. Minfloku nqabad pitirross. Qlajtu bil-mod mill-kolla u għamilt minn kollox biex insalvah, tant li ċempilt lil tal-Animal Welfare. Ħadtlu ritratt ġol-gaġġu, tfajtu fuq Facebook u għedt li qed nitħassar dan il-pitirross."
Wara tinqala' kontroversja sħiħa u jidħol ikellmu wieħed fuq Facebook li jgħidlu li se jiġi mtella' l-Qorti mid-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali minħabba li din l-azzjoni hija meqjusa bħala krudeltà fuq l-annimali. Jingħad ukoll li l-kolla li uża r-raġel hija projbita u kontra l-liġi li din tintuża.
Ir-raġel jisħaq magħna li l-kolla faċilment tinxtara u ma kienx jaf li din hija illegali. "Jien ma kontx naf li l-kolla tal-ġrieden hija illegali. Jiena nixtieq li l-ewwel nedukaw lin-nies u nagħmlu ħafna avviżi li din hija illegali għax ċert li ħafna minna ma jafux. Kieku kont naf, ma kontx se nuża l-kolla għax jien dawn l-affarijiet qatt ma għamilthom."
Xarabank bagħat reazzjoni u mistoqsija lid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.
Ritratt: Daily Mail & Ebay
ma zighr naghmlu l arja !
ReplyDelete