Chris Attard illum huwa wieħed mis-sidien tal-Best Deal Properties.
Però Chris mhux minn dejjem kien żviluppatur tal-propjetà. Ta' żagħżugħ beda jaħdem bħala furnar tal-ħobż u llum, flimkien ma' Erskine Vella, imexxi waħda mill-aħjar kumpaniji tal-propjetà f'Malta.

Id-determinazzjoni f'dan ix-xogħol wasslitu biex minn furnar illum huwa wieħed mill-aqwa żviluppaturi tal-propjetà. Però n-namra lejn il-forn, baqgħet hemm u fil-fatt il-forn għadu għandu. "Ix-xogħol ta' furnar domt nagħmlu għal ħafna żmien. In-namra lejn ix-xogħol tal-ħobs għadha hemm u tibqa' għal dejjem għax għalija s-sengħa tal-ħobs hija arti. Minkejja m'għadnix naħdem bħala furnara, il-forn għadu għandi."
Imma x'ġibdu lejn dan ix-xogħol biex ma baqax jaħdem bħala furnar? "Beda jinteressani iktar ix-xogħol ta' żviluppatur għax il-kumpanija, li mmexxu jiena u Erksine, bdiet tikber, tlaqqagħna ma' sfidi ġodda, ma' nies differenti u ma' ġranet differenti. Ma jiddispjaċinix li għandi din il-karriera għax mort għall-aħjar bħala persuna, u qatt ma immaġinajt li ħa nikber daqshekk."

Is-sigriet wara l-Best Deal Properties huwa s-servizz tagħhom lejn il-klijenti. "Nagħtu servizz tajjeb lill-klijenti u nipprovaw nagħmlu minn kollox biex ikollna l-aħjar riżultati possibbli. Nimxu tajjeb mal-klijent u dan huwa s-suċċess tal-kumpanija tagħna, li nimxu tajjeb mal-klijenti li jiġu għandna."
Fil-fatt, Chris u Erksine huma tnejn mill-iżjed żviluppaturi tal-propjetà mfittxijin f'Malta minħabba l-professjonalità tagħhom fil-proġetti ta' kostuzzjoni li jagħmlu. Fil-fatt, Chris u Erskine, kienu wettqu l-ħolma ta' Jacob, The Titanium Man, billi bnew kaffetterija u ħallsu l-ispejjeż kollha biex għamluha bl-aħħar tekonoloġija. Barra minn hekk, grazzi għal Erksine u Chris Attard, in-nies li jmutilhom pet se jerġa' jkollhom il-possibbiltà li jaħarqu lill-pet tagħhom u jieħdu l-irmied tiegħu magħhom id-dar bħala tifkira.
Jekk trid tkun taf aktar dwarhom u dwar ix-xogħol tal-Best Deal Properties, tista' tidħol fuq is-sit tagħhom, u anke fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom.
Ritratt tal-faċċat (lemin): issuu.com
No comments:
Post a Comment