Ilbieraħ Stephen ħalla din id-dinja u ibnu Xavier ta' 9 snin jiktiblu ittra.
Stephen kien nurse jaħdem l-emerġenza. Kien ilu 8 snin marid bil-kanċer u lbieraħ Stephen ħalla warajh lil martu Natasha u liż-żewġ uliedu.

Xavier, it-tifel tiegħu, jikteb ittra lil missierha, jindirizzaha l-Ġenna, u jixtieq jagħtiha fil-funeral ta' missieru li se jsir għada.
Fl-ittra, it-tifel jistqarr hekk:
"Għażiż papà,
Nispera li tinsab kuntent fil-Ġenna. Qed niktiblek din l-ittra biex nurik kemm inti speċjali u kemm se nimmissjak.
Jiena veru ffortunat li għandi lilek bħala l-papà tiegħi. Grazzi talli wrejtni kif għandi nħobb u nirrispetta lil oħrajn. Għalija inti l-aqwa missier fid-dinja.
Jien, ommi, Kyle, il-familja kollha u sħabi mhux se ninsewk. Inti se tibqa' dejjem f'qalbna u dejjem se niftakar f'dak li dejjem għedtli: QATT TAQTA' QALBEK."
Ommu Natasha, fuq Facebook stqarret li qalbha nqasmet meta qrat dak li kiteb binha f'din l-ittra.
Ilbieraħ Natasha qaltilna li kien bniedem li kellu mħabba kbira u li ħajjitha spiċċat mingħajru.
L-aħħar tislima lil Stephen ħa tingħata għada fis-14:00, fil-Knisja ta' Santa Marija, f'Ħal Għaxaq.
No comments:
Post a Comment