Aħna tkellimna ma' Vanessa Bugeja, is-sidt ta' din il-karozza u qaltilna hekk:
"Ingħatajt iċ-ċitazzjoni minħabba l-istat li kienet qiegħda fih. Ma ħadtx gost għax stennejtx ċitazzjoni wara dak li ġara. Nimmaġina li l-gwardjan lokali ra kif kienet il-karozza. Ma kellux għalfejn jagħtihieli ċ-ċitazzjoni, iktar u iktar meta qalulu eżatt x'ġara u x'ma ġarax. Nixtieq li din iċ-ċitazzjoni titneħħa u tinħafer għax m'għandix tort."
QABEL:
Dan wara li waqa' xi ġebel ta' xi ċint li ġġarraf.
Fuq Facebook, mara tefgħet ritratt tal-karozza tagħha li spiċċat bi ħsarat intensivi wara li waqa' xi ġebel ta' ċint. Ilbieraħ din il-mara ngħatat ċitazzjoni ta' €23.29 minħabba r-raġuni li ġejja: "Inqast li żżomm l-imsemmija vettura nadifa, u/jew fi stat tajjeb."
Iċ-ċitazzjoni ngħatat fi Triq Karmen Mikallef Buhagar, f'Ħaż-Żebbuġ.
Ħafna kienu dawk li kitbu li din ma kinitx ġusta.
jien kieku nkun il lesa nahfrila c citazzjoni u min tajila jigi mkecci ghax tkessah .. missu jisthi ... mhux jinduna li gara ncident ?
ReplyDelete