best deal

Wednesday, 4 April 2018

XARABANK illum jagħlaq 21 sena



Bħal-lum 21 sena ilu sar l-ewwel programm ta' Xarabank.



F'dan il-jum tant speċjali għat-tim kollu, ma' Xarabank.com.mt il-preżentatur Peppi Azzopardi jgħidilna li huwa kburi b'dan il-programm.

"Wieħed u għoxrin sena ilu, meta ma kienx hawn il-midja soċjali, fuq it-televiżjoni kienu jitkellmu biss l-esperti. Kienu jitkellmu minn studji u riċerka li jkunu għamlu u ħadd ma kien imerihom. Kburi li bis-sehem ta' Xarabank bdew jitkellmu n-nies 'komuni' u mill-esperjenza tagħhom bdew anke jisfidaw lill-esperti u lin-nies, dak iż-żmien kienu meqjusa intelletwali fis-soċjetà. Kburi li 21 sena, minkejja t-tgħajjir u l-insulti u t-tfigħ ta' tajn, Xarabank baqa' għaddej għax baqa' jġib is-saħħa tiegħu min-nies li jarawh u jieħdu sehem fih."


Grazzi talli kontu u għadkom temmnu f'Xarabank.

1 comment: