best deal

Friday, 20 April 2018

Xarabank l-iktar programm segwit


Xarabank reġa' ġie ddikjarat bħala l-iktar programm segwit fost il-programmi kollha li jidhru fuq l-istazzjonijiet kollha f'Malta u Għawdex fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata wara l-aħbarijiet.



Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li għadu kif ħareġ ftit ħin ilu. 


Wara Xarabank, Vigilante huwa l-iktar drama segwita.


Ħadd Għalik mhux biss huwa l-iktar programm segwit matul il-ġurnata qabel it-tmienja, talli huwa l-ħames l-iktar programm segwit fuq TVM.




Mitlub jikkummenta, Mark Laurence Zammit, preżentatur u l-maniġer tat-team ta' Xarabank qal: "21 sena ilu, meta jien kont għadni biċċa tat-tifel żgħir, Peppi ħoloq Xarabank biex jagħti vuċi lin-nies. Illum, 21 sena wara dan is-survey qed jerġa' jikkonferma li Xarabank għadu l-vuċi tan-nies u sakemm in-nies jibqgħu jafdawna, aħna se nibqgħu nagħtuhom vuċi fil-programm tagħna." 


Il-preżentatur u l-producer Peppi Azzopardi wkoll jirringrazzjakom:

No comments:

Post a Comment