Baqa' biss 10 ijiem oħra biex il-Prinċep Harry u Meghan jgħidu 'iva' lil xulxin. U dawn li ġejjin huma 14-il ħaġa li ma tafx dwar it-tieġ irjali.
1. Il-President tal-Amerika, Donald J. Trump mhux se jkun preżenti f'dan it tieġ għaliex il-koppja ddeċidiet li
ma jistidnux politikanti. Dan ifisser li lanqas l-eks-President Amerikan Barack Obama mhu se jkunu
preżenti.
2. Il-koppja ddeċidiet li minflok jingħataw rigali, jingħataw donazzjonijiet għall-karità lil ħafna għaqdiet differenti fosthom lil dawk li jgħinu nies bl-HIV u persuni bla saqaf fuq rashom.
3. Meghan Markle mhijiex mistennija li tistieden lil ħuha Thomas Markle Jr. għaliex huwa kiteb diversi ittri lill-Prinċep Harry biex ma
jkomplix ir-relazzjoni tiegħu magħha. Dan għax jaħseb li hi se tħalli reputazzjoni ħażina fuq il-familja rjali.
5. Ir-Reġina Eliżabetta II, bħala rigal tathom dar fil-kampanja. Fl-opinjoni tagħha, dan huwa rigal perfett għal koppja kuntenta.
6. Meghan Markle se tagħmel diskors u b'dan il-mod
se tmur kontra t-tradizzjoni tal-familja rjali.
7. Il-koppja bħala tifkira ta' dan it-tieġ se jagħtu
mugs u platti ta kwalità għolja ħafna.
8. William ġie magħżul minn ħuh Harry sabiex ikun il-best
man. Din kissret in-norma tal-familja rjali għaliex normalment ma jkunx hemm best
man.
9. Ed Sheeran se jkun qed ikanta waqt dan it-tieġ rjali.
Minflok, Phillipa Lepley se tagħmel din il-libsa spettakolari.
13. Ġew maħluqa ħames muniti ġodda bir-ritratti tal-koppja bħala tifkira
għal dan ix-xahar.
14. Il-fotografu uffiċjali se jkun Alexi Lubomirski. Dan se jkun responsabbli tal-fotografija kollha ta' dan it-tieġ irjali.
Dan l-artiklu nkiteb minn Martha Attard, Hannah Vella Pace, Maya Sesay u Mattea Schembri, studenti tal-Kulleġġ San Nikola, Skola Sekondarja, ta’ Ħad-Dingli.
No comments:
Post a Comment