Dawn li ġejjin huma 5 affarijiet li jogħġbu u jdejqu lill-istudenti.
Affarijiet li jogħġbuna
Free Lessons
Bil-free lessons l-istudenti jistgħu
jirrilassaw, jagħmlu xogħol tad-dar jew jitkellmu mal-ħbieb.
Għalliema li jifhmu lill-istudenti
Għalliema li
jifhmu l-istudenti jgħinuhom jitgħallmu f’ambjent aħjar u ma jkunx hemm
pressjoni.
Ħarġiet
Tfal jkollhom opportunitajiet
li jqattgħu ftit ħin barra mill-iskola fejn xorta waħda għandhom ċans li
jitgħallmu xi ħaġa ġdida b’mod differenti mill-bank tal-iskola.
Suġġetti tal-options
Tfal għandhom l-opportunità
li jitgħallmu suġġett li jinteressawhom bħal arti, P.E, mużika li ’l quddiem
jistgħu jgħinuhom fil-karrieri tagħhom.
Esperjenza ta’ xogħol
Studenti jkollhom
iċ-ċans iqattgħu xi jiem ġewwa post tax-xogħol li jistgħu jaħdmu fih ’il
quddiem u jesperjenzaw xi ħaġa unika.
Affarijiet li jdejquna
L-attitudni ħażina ta’ għalliema
Hemm xi għalliema
li l-attitudni tagħhom lejn l-istudenti ma tkunx xierqa u b’hekk ir-relazzjoni
ta’ bejniethom ma tkunx waħda tajba u ma twassalx għall-ġid.
L-uniformi
L-uniformi li
l-istudenti jkollhom jilbsu mhijiex komda u b’dan il-mod nemmnu li l-istudenti
jitilfu l-interess tagħhom minħabba nuqqas ta’ kumdità.
Ħafna homework
L-għalliema ma
jqisux li hemm suġġetti oħra barra dak li jgħallmu huma u b’hekk il-ħin li
sippost iqattgħu mal-familja d-dar jispiċċa mqatta’ jagħmlu x-xogħol
tal-iskola.
Nuqqas ta’ faċiltajiet għal ċerti suġġetti
F’ċerti suġġetti
bħall-edukazzjoni fiżika jkun hemm bżonn ta’ ċertu apparat attapost bħal-lasti
tal-futboll, kif ukoll ambjent meħtieġ li jkun nieqes u allura ma jkunux
jistgħu jiġu pprattikati ċertu attivitajiet.
Ħinijiet kmieni
Ċerti studenti li
jaslu għall-iskola bi trasport provdut, ikollhom iqumu kmieni ħafna u b’dan
il-mod ikunu għajjiena ħafna matul il-ġurnata.
Fl-aħħar
mill-aħħar l-iskola hija importanti ħafna, bit-tajjeb u l-ħażin kollu, dan
għaliex it-tagħlim wassal biex fil-futur il-ħolm tiegħek isir realtà u jkollok
ix-xogħol li dejjem xtaqt b’attitudni tajba lejn is-soċjetà.
Dan l-artiklu
nkiteb minn Maya Sesay u Mattea Schembri, żewġ studenti tal-Kulleġġ San Nikola,
Skola Sekondarja, ta’ Ħad-Dingli.
No comments:
Post a Comment