best deal

Friday, 4 May 2018

5 kelmiet jew frażijiet li jużaw iż-żgħażagħ Maltin tal-lum


Il-lingwa l-ħin kollu tinbidel u dawn huma 5 kelmiet li saru moda maż-żgħażagħ tal-lum. Jekk qatt ma smajthom qabel, issa se tkun taf ukoll xi jfissru.

1. PERF

"Kemm inti perf!" Jekk qed taħseb li l-kelma perf tfisser "perfetta" fil-qasir, sejjer żbaljat. Il-perfs huma grupp ta' żgħażagħ li jinġabru l-Belt u kulħadd iħares lejhom bħala n-nies il-cool. Apparentament dawn ingħaqdu flimkien kontra 'Tal-1K,' li huwa grupp ieħor, li biex tagħmilha miegħu jrid ikollok mill-inqas 1,000 like fuq ritratt tal-Facebook tiegħek.




2. IMKISSRIN

"Ħa mmut x'inhi mkissra dik!" Meta xi ħadd ma tantx jgħaqqad ħafna likes fuq ritratt ta' Facebook u jipprova jkun xi ħaġa li mhuwiex biex jintgħoġob. 




3. ĦA MMUT

Bażikament din hija verżjoni qasira ta' "Ħa mmut bid-daħk" u jużawha meta jkunu qegħdin jiċċajtaw u ma jkunux jistgħu jżommu bid-daħk.




4. AW OĦT

Tużaha meta tkun trid issellem lil xi ħadd. L-iktar li tintuża bejn il-ħbieb u fuq il-kumment b'xi emoji jew tnejn magħha. Din hi l-verżjoni moderna ta' "Aw Man!" jew "Aw ras!"




5. IBS

IBS hija qasira għal "Inti bis-serjetà" u tintuża bl-istess mod kif fl-Ingliż jużaw TBH (To Be Honest) u OMG (Oh My God).




No comments:

Post a Comment