best deal

Friday, 18 May 2018

Roderick Galdes vs Aaron Farrugia għal Puttinu



Logħba futbol bejn is-Segretarjat ta' Dr Aaron Farrugia kontra s-Segretarjat ta' Roderick Galdes għal Puttinu.


Aħna tkellimna mas-Segretarjat ta' Dr Farrugia li jgħidulna kif iddeċiedu li jilagħbu kontra xulxin. "Qabel kienet issir logħba bejn l-Membri Parlamentari/Ministri, u l-istaff tagħhom kważi darba fil-ġimgħa. Din il-logħba ma baqgħetx issir għal xi raġuni. Però milux kienet se ssir logħba oħra, u meta tkellimna mas-Segretarjat ta' Dr Galdes, għedna minflok nagħmlu logħba normali, immorru ta' Puttinu minflok ħalli hekk jew b'hekk inkunu qed nilagħbu għall-karità."

Dr Farrugia jgħaddi messaġġ għal din il-maratona: "Qatt daqs is-sena l-għaddiet ma stajt nifhem aħjar l-importanza tas-servizz li joffru Puttinu meta ħbieb personali tiegħi ħabbtu l-bieb tal-istess Puttinu f'mument diffiċli ħafna għalihom. Għaldaqstant, aħna ġejin hawnhekk illum ħalli ngħinu lil Puttinu jkompli bix-xogħol tiegħu."


No comments:

Post a Comment