best deal

Thursday, 3 May 2018

"Ħadt pjaċir li ġejt innominat minn MEPs taż-żewġ partiti"

Ritratt: TIMES OF MALTA

Bjorn Formosa ġie nnominat minn ħames Membri Maltin tal-Parlament Ewropew għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew.



Aħna tkellimna ma' Bjorn li jgħidilna kif ħa gost b'din in-nominazzjoni. "Ilqajt din l-aħbar bi pjaċir kbir speċjalment meta kienu MEPs miż-żewġ partiti li nnominawni għal dan il-premju. Il-premju huwa rikonoxximent kemm għalija u kemm għall-Fondazzjoni ta' ALS Malta tax-xogħol kollu li sar matul dawn is-sentejn." 

Jgħidilna kif in-nominazzjoni ġiet fil-mument opportun. "Din in-nominazzjoni ġiet f'mument opportun ukoll għax bħalissa għaddejja l-kampanja Beat It May ALS Awareness Malta biex niġbru fondi biex inkunu nistgħu nwettqu l-proġett il-kbir li jmiss marbut ma' Dar Bjorn."


Mistoqsi kif inhu, Bjorn jgħidilna li qed jispera li jingħata ħajja biżżejjed biex jitwettaq il-proġett. "Bħalissa s-saħħa hi talli hi. Is-sitwazzjoni hija stabbli imma mill-aspett ta' nifs is-sitwazzjoni mhijiex l-aħjar. In-nifs huwa l-ikbar problema. Qatt ma tkun taf fejn qiegħed. Filli alright u fill ħażin ħafna. Nisperaw li jagħtina ħajja biżżejjed biex inkunu nistgħu nwettqu l-proġett li jmiss."


Bjorn ġiet innominat minn David Casa, Miriam Dalli, Roberta Metsola, Marlene Mizzi u Francis Zammit Dimech.



No comments:

Post a Comment