best deal

Tuesday, 29 May 2018

ARA: Dan it-tifel jsaqsi lill-Papa: "Missieri l-Ġenna qiegħed?"


Emanuele jsaqsi din il-mistoqsija lill-Papa minħabba li missieru ma kienx jemmen b'Alla.


F'laqgħa mal-Papa, Emanuel ma setax jindirizza l-mistoqsija li kellu lilu u nfaqa' jibki. Għalhekk, il-Papa talbu biex ifesfislu dak li xtaq isaqsih f'widnejh. F'dan il-mument il-Papa qal, "Forsi lkoll kemm aħna nibku bħalma beka dan it-tifel, meta jkollna uġigħ bħal tiegħu f'qalbna. Bil-permess ta' Emanuele se ngħid dak li qalili. Spjegali kif ftit taż-żmien ilu miet missieru, kien ateau imma xorta għammed lit-tfal tiegħu kollha, lill-erbgħa li huma."

"Qalli li missieru kellu qalbu tajba. Dan it-tifel ta testimonjanza mill-isbaħ u kellu l-kuraġġ li jibki quddiemna. Jekk dan ir-raġel ma emminx f'Alla u xorta għammed lit-tfal tiegħu, kif Alla se jħallih 'il bogħod minnu? Emanuele, din ir-risposta tiegħi għalik. 'Tkellem ma' missierek, itlob miegħu u grazzi. Missierek kien ateu imma qiegħed ma' Alla għax kellu qalbu tajba."


No comments:

Post a Comment