
Iċ-ċkejkna Ellie qiegħda l-Ingilterra għall-kura. Ilha hemm 8 xhur.
Ellie qed tagħmel sa 12-il siegħa kuljum taħt dawl apposta, inkellha jsirilha ħsara f'moħħha. "Ma tistax tgħix mingħajr dawl għax inkella jitla' f'moħħha u tagħmel ħsara fil-moħħ," tispjegalna Jeclohan, omm Ellie.
Bħalissa qed jgħixu fi flat ta' Puttinu u ma jafux meta ġejjin lura. "Lanqas temmen hux? Tibqa' tistaqsi, 'Imma veru qed jiġrilna hekk?' Tisma' ħafna stejjer imma ma tobsorx li se jiġri lilek."
Omm Ellie tgħix għaliha u għaż-żewġ uliedha tagħha. "Ifissru kollox. L-ewwel huma. Meta tkun omm, tkun taf xi jiġifieri."
Ara din l-intervista li konna għamilna għall-programm ta' Puttinu:
No comments:
Post a Comment