F'Xarabank se nitkellmu ma' ommha, missierha, ma' ħuha u mal-maniġer tagħha. Magħhom se nitkellmu dwar l-istorja ta' Emma f'Amici u kif qed iħossuhom, hekk kif għada Emma se tkanta kontra Carmen, fejn waħda minnhom se tinqala' 'l barra.
F'parti oħra tal-programm se nitkellmu b'mod esklussiv ma' Christabelle u Jessika, li lbieraħ ma għaddewx għall-finali tal-Eurovision. Fost oħrajn se nsaqsuhom kif qed iħossuhom u jekk jerġgħux jieħdu sehem fil-Eurovision.
Fil-programm se jkollna dibattitu bejn l-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant u l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa. Se nsaqsuhom fuq is-sitwazzjoni politika ta' pajjiżna u fl-Ewropa.
Dan u aktar, f'Xarabank tal-lejla.
No comments:
Post a Comment