best deal

Friday, 25 May 2018

BIL-FILMAT: Illum Damian jagħlaq 17-il sena



Damian huwa ġuvni li sa issa għamel 101 operazzjoni

Dan il-ġuvni isofri minn kundizzjoni li biha jqatta' iktar ħin l-isptar milli d-dar. Minħabba l-kundizzjoni li għandu, ikollhom jaqtgħulu partijiet minn ġismu.

Illum Damian għandu l-birthday u jgħidilna xi tfisser għalih din il-ġurnata. "Nixjieħu qegħdin. Ma nqishiex ġurnata speċjali għax naraha ġurnata normali. Però nkun ħerqan għaliha għax tkun daqsxejn differenti l-ġurnata imma kuljum tixjieħ ġurnata, b'differenza li l-birthday ifakkrek li kbirt sena oħra. M'għandix pjanijiet kbar illum, però llejla għandi ikla ma' tal-familja."

Damian sa issa għamel 101 operazzjoni, bl-aħħar waħda tkun ix-xahar li għadda. F'dik l-operazzjoni lil Damian qatgħulu siequ l-lemnija. Minkejja li għadda minn kollu, Damian xort jibqa' pożittiv. "Nimxi ġurnata b'ġurnata għalissa. Nibqa' pożittiv u nibqa' niġġieled."

Ma setax jonqos li jsemmi ftit lil ħuh, li għad għandu biss ftit xhur. Jgħidilna kif ħuh ifisser kollox għalih. "Il-king dak. Ifisser kollox għalija u l-ħin miegħu nkun id-dar."

Damian fit-8 ta' Ġunju waqt Xarabank li se jittella' b'risq id-Dar tal-Providenza se jkun qed jirrispondi t-telefonati tagħkom.

Ara l-intervista li konna għamilna lil Damian sentejn ilu:

No comments:

Post a Comment