L-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona jgħaddi messaġġ lill-Arċisqof Charles Scicluna f'għeluq sninu.
"Nixtieq li nieħu din l-okkażjoni ta' għeluq is-snin ta' Monsinjur Arċisqof Scicluna biex nawguralu ħajja twila fil-qadi tal-Knisja. Jiena nwiegħdu t-talb tiegħi biex l-Ispirtu s-Santu jkompli jimlieh bil-qawwa tiegħu u bl-għerf tiegħu ħalli jmexxina fit-triq li twassal, permezz tal-Knisja, lejn Ġesù. Inwiegħdu l-lealtà sħiħa tiegħi lejh u l-kooperazzjoni sħiħa tiegħi lejh fil-qadi tal-Knisja hawnhekk ġewwa Malta. Bħalissa fil-missjoni ġdida tiegħi bħala arċisqof emeritus, nixtieq inwiegħdu li,l-qadi pastorali tal-merħla li hi afdata proprju f'idejh, se nibqa' leali lejha u se nibqa' nserviha biex kemm jista' jkun il-Mulej iħossu komdu fil-Knisja tiegħu, iħossu tajjeb fil-Knisja tiegħu li tinsab hawn f'Malta. Grazzi u awguri mill-ġdid Eċċellenza."
![]() |
Ritratt: Il-Knisja f'Malta |
Jekk ma kontx taf...
L-Eċċellenza tiegħu Monsijur Charles J.Scicluna, iben Emanuel u Maria Carmela, twieled f'Toronto, il-Kanada, nhar il-15 ta' Mejju, 1959.
Fl-2012, Mons. Scicluna ġie nnominat bħala Isqof Awżiljarju ta' Malta. Huwa ġie kkonsagrat Isqof fl-24 ta' Novembru 2012 u fit-28 ta' Novembru 2012, tħabbret il-ħatra tiegħu bħala membru tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi tal-Vatikan.
Wara r-riżenja ta' Mons. Pawlu Cremona O.P minn Arċisqof ta' Malta, il-Papa Franġisku innomina lill-Mons. Scicluna bħala amministraturr Appostolike sede vacante, bis-setgħa li jmexxi l-Arċidjoċesi ta' Malta.
Fis-27 ta' Frar 2015, Mons. Scicluna nħatar Arċisqof ta' Malta mill-Papa Franġisku.
Erġa' għix l-ingress tal-Arċisqof ta' Malta bil-filmat t'hawn taħt:
No comments:
Post a Comment