best deal

Monday, 14 May 2018

BIL-FILMAT: Jekk sejjer tgħum Għawdex ...


Il-bajja tar-Ramla l-Ħamra tinkesa bil-bram.

Fil-jiem li għaddew, intlemħu miljuni ta' bram f'San Tumas, f'Marsascala, ix-Xgħajra, l-Imsida u Baħar iċ-Ċagħaq. Issa din l-invażjoni tal-bram waslet Għawdex ukoll, kif tistgħu taraw fil-filmat t'hawn taħt.

Il-Professur Alan Deidun, li jmexxi Spot The Jelly Fish, ftit jiem ilu kien kiteb li f'Jannar li għadda kien bassar li din il-brama, li jsejħulha mauve stinger, se tiġi iktar kmieni u probabbilment se tkun f'propozzjonijiet ikbar.

Għalhekk, jekk sejjer sa Għawdex, oqgħod attent inti u tgħum.



Filmat: Loretta Dempsey

No comments:

Post a Comment