
Ftit tal-minuti ilu, Jessika għamlet l-ewwel dress rehearsal.
Jessika se tkanta għada, fit-tieni semifinali, għall-pajjiż ta' San Marino bil-kanzunetta Who We Are.
Illum Jessika kellha l-ewwel dress rehearsal u aħna saqsejnieha dwar l-aħħar preparamenti. "Issa la wasalt fl-aħħar preparament wara l-kompetizzjoni nfisha f'isem San Marino fost mijiet ta' sottomissjonijiet ta' kanzunetti minn madwar id-dinja u ntgħażilt biex nirrappreżenta dan il-pajjiż, ninsab kunfidenti u pożittiva biex nagħti l-aħjar prestazzjoni li nista' noffri bl-isem tal-kanzunetta Who We Are matul it-tieni semifinali tal-Ħamis."
Ftit ħin ilu, Jessika għamlet l-ewwel dress rehearsal. "Inħossni kuntenta ħafna bil-prestazzjoni li ħejjejt f'dawn ir-rehearsals li huma importanti ħafna fejn kull kantant u kantanta ta' kull pajjiż li qed jieħu sehem fit-tieni semifinali niltaqgħu flimkien għall-aħħar preparamenti."
U kif qed tħossha għal għada? "Mingħajr dubju nħossni xi ftit eċitata. Però din hi emozzjoni li hi parti mill-kompetizzjoni u li fiha rrid nagħti iżjed minn 100%. Issa vera ħerqana u preparata biex fis-serata ta' għada nitla' fuq dak il-palk sabiħ, mgħammar bl-aħħar teknoloġioja biex bil-prestazzjoni tiegħi nferraħ lil ħafna segwaċi."
Kif qed thossok issa li ghada s-seminfinali? "Minghajr dubju inhossni xi ftit ecitata pero din hi emozzjoni parti mill-kompetizzjoni fejn irrid naghti izjed minn 100%. Issa vera herqana u preparata biex fis-serata tal-Hamis nitla’ fuq dak il-palk sabih u mmammar bl-ahhar teknologija biex bil-prestazzjoni tieghi nferrah lil hafna segwaci."
Tħoss li din hija esperjenza indimendikabbli. "Din l-esperjenza se nibqa' ngħożżha għal ħajti kollha. Bħalissa qed ngħix ħolma li saret realtà. Ilni minn età żgħira naħdem fuq il-vuċi u nieħu sehem f'bosta kompetizzjonijiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Dan biex nikseb iktar ħiliet professjonali ħalli nkun nista' nagħti prestazzjoni mill-aqwa fil-Eurovision. Din hija esperjenza li permezz tagħha ltqajt ma' ħafna kantanti ta' pajjiżi varji li b'ħafna kulturi u ideat differenti tħossok qed tgħix f'dinja verament sabiħa."
"Bil-messaġġ tal-kanzunetta Who We Are kelli l-opportunità li nwassal iżjed il-vuċi kontra l-bullying u li rridu naċċettaw lil kulħadd kif inhu. Jien li għaddej minn din it-tip ta' tbatija meta kont studenta u issa li jien għalliema wkoll nara ħafna tipi ta' bullying fost it-tfal, u nħoss li dan għandu jieqaf u nħaddnu iżjed hena u mħabba bejnietna."
Tistqarr li kellha l-opportunità li taqsam din l-esperjenza ma' Christabelle. "Nixtieq inżid punt ieħor li f'din l-esperjenza kelli l-opportunità sabiħa li ngħixha wkoll ma' Christabelle. Ilna nafu lil xulxin minn età żgħira u li minn hawn nifirħilha kull suċċess f'dan il-Eurovision Song Contest."
Tgħaddi messaġġ lill-Maltin. "Nirringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin kollha tas-sapport li dejjem tawni tul il-karriera mużikali tiegħi. F'din l-esperjenza tal-Eurovision huwa ta' unur li jien Maltija fost dawk il-parteċipanti kollha. Fit-tieni semifinali t'għada, il-Maltin peress li ma jistgħu jivvutaw għal pajjiżna stess, jiġifieri għall-kantanta ħabiba tiegħi Christabelle, napprezza ħafna bħalma għamiltu dejjem li għal darb'oħra taħsbu fija bħala Maltija u tivvutawli."
Ittemm tgħid, "Il-messaġġ aħħari tiegħi huwa li jiena kburija li jien Maltija, u nistieden lilkom tkomplu ssegwu bi pjaċir dan il-vjaġġ u nħobbkom kollha."
No comments:
Post a Comment