Ilbieraħ Emma għaddiet għall-fażi li jmiss ta' Amici.
Waqt il-programm tal-bieraħ, lil Emma tawha sorpriża billi laqqgħuha ma' ommha wara li kienu ilhom ma jaraw lil xulxin minn Marzu.
Aħna tkellimna ma' ommha Rosanne li tirrakkontalna kif ħassitha qabel ma ltaqgħet ma' bintha. "Qabel ma ltqajt magħha kont eċċitata ħafna għax kont viċin ħafna tagħha u kont ilni ma naraha minn Marzu. Il-fatt li kont qiegħda hemm fl-istudios, wara l-kwinti u ħadd ma seta' jkun jaf li kont hemmhekk, kienet atmosfera eċċitanti ħafna għalija."
Tgħidilna kif il-laqgħa ma' bintha kienet emozzjoni li ma tistax tiddeskriviha. "Lanqas nista' niddeskriviha għax kien mument li għadda malajr. Però li stajt ngħannaqha, inbusha u nkun magħha kienet ħolma, speċjalment quddiem dawk in-nies kollha."
Tistqarr li hi kburija li waslet s'hawnhekk. "Lanqas nista' nemmen li waslet s'hawnhekk u lanqas hi ma tista' temmen li minn dawk il-kompetuturi kollha, tasal s'hawnhekk, hija ħaġa kbira ħafna. Tħossha kburija hi u anke jiena, speċjalment li qed tagħmel dan il-pass waħedha u sabet il-kuraġġ li tkompli tikkompeti u tibqa' tagħti l-aħjar tagħha."
Rosanne tgħaddi messaġġ lil Emma. "Kompli agħti l-aħjar tiegħek u tkompli tiffoka, minkejja l-mumenti ta' qtigħ il-qalb għax qiegħda 'l bogħod mill-familja, mill-ħbieb u minn kulħadd li taf. Kompli ffoka fuq il-mużika u fuq il-ħolma tiegħek għax din il-ħolma tiegħek li tagħmel xi ħaġa bil-mużika, bil-kant u bil-kanzunetti tiegħek. Kelli ċ-ċans ukoll li nidħol fid-dar fejn qed toqgħod u kelli dawk il-5, 10 minuti fejn stajt inkellimha u għedtilha biex tagħmel kuraġġ, u tkun soda."

Ilbieraħ Emma ġiet salvatha, u għaldaqstant għaddiet għall-fażi li jmiss ta' Amici.
No comments:
Post a Comment