
Dawn huma l-parteċipanti li qed jagħmlu l-isfida ta' Tal-Linja.
It-8 parteċipanti tawna ċ-ċavetta tagħhom tal-karozza biex għal ġimgħa sħiħa jużaw biss tal-linja.
Nhar il-Ġimgħa dawn ħa jiltaqgħu kollha f'Xarabank u xi ħadd minnhom se jirbaħ €3,000.
Imma min huma l-parteċipanti? Xi ħaġa interessanti fuq kull parteċipant.
JAVIER DEGIORGIO
Javier kien sejjer għal qassis. Trabba maz-zijiet għal madwar 18-il sena. Iħobb ipinġi u japprezza ħafna l-arti.
VALERIO BUGEJA
ALISON PEARSON
Alison miżżewġa plejer, li kienet ilha tafu minn meta kienu żgħar u fil-fatt kien l-ewwel crush tagħha. Alison kellha xagħarha twil ħafna imma milux qatgħetu biex tagħtih bħala donazzjoni għal Puttinu.
Kunjomu partikolari għax missieru proprja mis-Sirja. Isegwi dak li qed jiġri, u fil-fatt mar hemmhekk darbtejn. Gradwat bħala social worker u qed isegwi l-kors tal-Master fuq l-inklussività.
RACHELLE DEGUARA
Studenta tal-Malti u tal-Piskoloġija. Tikteb il-poeżiji u l-kanzunetti li tkantahom hija stess. Marret l-Albanija biex tirrappreżenta lil Malta bil-letteratura. Hemmhekk intilfet f'ħanut tal-ħaġar u tant imtliet b'ħafna ħaġar li fetħet ħanut tal-ġojjeli.
ANTHONY U GRACE CAMILLERI
Ilhom miżżewġin 26 sena. Anthony kien idoqq ma' The Barrens, u għandu xewqa li jerġa' jgħaqqad band. Idoqq lil Grace, u mill-kċina tefgħetu għall-washroom. Anthony u Grace jixtiequ li jixtru karozza! Se taraw ukoll x'sorpriża tajniehom!
NIGEL BLUNDELL
Nigel tewmi. Darba kellhom eżami fejn ġabu l-istess marki! Tant huma identiċi, li ġieli użaw il-karta tal-identità ta' xulxin. Il-ħolma ta' Nigel hi li jirbaħ u jmur l-Eurovision.
No comments:
Post a Comment