Aħna tkellimna ma' Anton Rea Cutajar, mill-Arka ta' Noe, li ftit tal-ħin ilu flimkien ma' Bjorn marru sal-iskola ta' Bormla.

Din mhux l-ewwel darba li Bjorn mar fl-iskejjel u Anton jgħidilna għaliex sejjer Bjorn. "Illum lill-istudenti se nġibilhom lil Alpaca għax huwa wieħed mill-iktar annimali friendly li jeżisti. Illum se noqogħdu nitkellmu fuqu. Għat-tfal din xi ħaġa ġdida, imma t-tfal jieħu pjaċir ħafna. Għall-ewwel l-istudenti jibdew jgħajtu, u tista' timmaġina r-reazzjoni tagħhom."
Anton jgħidilna li l-għala semmew lil din l-alpaca Bjorn. "L-alpaca semmejnieh Bjorn għaliex dakinhar li twieled konna għamilna attività għall-ALS, fejn konna ġbarna l-flus u għamilna l-flokkijiet bi kliem My Name is Bjorn."
Itemm b'messaġġ għat-tfal: "Il-messaġġ huwa biex it-tfal ikunu konxji ta' kemm l-annimali huma importanti fil-ħajja."
No comments:
Post a Comment