best deal

Tuesday, 8 May 2018

BIL-FILMATI: Dan il-kantant Malti għaqqad 15-il kanzunetta tal-Eurovision f'waħda


Aidan nieda kanzunetta bi 15-il kanzunetta li qed jieħdu sehem fil-Eurovision ta' din is-sena.


Aidan spjega kif għamel din il-mash-up."Qbadt bażi ta' kanzunetta li tinsab fil-Eurovision ta' din is-sena u fuq dan l-arranġament għamilt il-lirika ta' 15-il kanzunetta. Ir-riżultat ġie għal qalbi ħafna u wara l-mash-up tas-sena li għaddiet, xtaqt li din is-sena naħdem fuq xi ħaġa simili wkoll."


Fost il-kanzunetta li inkluda Aidan f'din il-mash-up insibu Taboo ta' Christabelle, li se tirrappreżenta lil Malta, u anke l-kanzunetta Who we are, li biha Jessika se tkun qed tieħu sehem f'isem San Marino.

Aidan jħobb ħafna l-Eurovision Song Contest u din is-sena ttanta xortih għall-ewwel darba fil-Malta Eurovision Song Contest fejn ikklassifika fir-4 post bil-kanzunetta Dai Laga. 


Ara l-mash-up ta' din is-sena hawn taħt:

No comments:

Post a Comment