Għada Emma Muscat u Carmen se jkantaw kontra xulxin biex jinqala' xi ħadd minnhom 'il barra.
Dan wara l-għalliem u l-professur Rudey ħareġ bl-idea li waqt Amici t'għada, Emma, li tagħmel parti mill-iskwadra Bianco, u Carmen, li tagħmel parti mill-iskwadra Blu, ikantaw kontra xulxin.
Din il-proposta qajmet reazzjoni sħiħa, anke fost il-personalitajiet Taljani, u ħafna kienu dawk li bagħtu l-messaġġi tagħhom biex jagħtu kuraġġ tagħhom lil Emma jew lil Carmen.
![]() |
Ritratt: Carmen |
Fost il-personalitajiet li qed jappoġġjaw lil Emma, hemm il-plejer Mario Balotelli li qal; "Jiena nappoġġja lil Emma, u mill-esperjenza tiegħi ngħidlek biex qatt ma taqta' qalbek, għax fl-aħħar din se tkun ta' sodisfazzjoni."
![]() |
Ritratt: Emma |
Il-preżentatriċi u l-attriċi Taljana, Alessia Marcuzzi, ukoll qed tappoġġja lil Emma, minkejja li sabitha diffiċli biex tagħżel il-favorita tagħha. Fost oħrajn, tgħid, "Meta nara lil Emma, nara persuna li għandha tkun fuq l-istage."
llum personalitajiet oħra kellhom jivvutaw bejn Emma u Carmen. Ilary Blasi, Nicola Savino, Alvin u Max Brigante għażlu lil Emma. Iktar kienu dawk li għażlu lil Emma, milli lil Carmen.
Huma biss il-ġurija, jiġifieri l-għalliema tal-kant u żfin, li ħa jiddeċiedu min għandu jibqa' f'Amici, jew Emma jew Carmen.
Minbarra li serqet il-qlub ta' ħafna nies, Emma ġibdet l-attenzjoni tal-kumpanija tad-diski Warner Music. Dan għaliex din il-kumpanija ħabbret li se tiltaqa' ma' Emma biex jiddiskutu l-possibilità li jaħdmu flimkien meta tispiċċa l-parteċipazzjoni tagħha f'Amici.
Aħna se nkomplu nsegwi l-istorja ta' Emma f'Amici u llejla l-familja tagħha se tkun live f'Xarabank! Għalhekk, illejla titilfux.
No comments:
Post a Comment