best deal

Wednesday, 23 May 2018

BIL-FILMATI: "Li jiġi jgħidlek li jixtieq ifiq, hija kiefra, meta naf li ma jistax - Omm Katriel



Katriel marid b'marda rari. Ta' 3 snin tatu puplessija.


Omm Katirel tirrakkontalna: "L-ewwel li ma bdiet b'puplessija. Imbagħad kellu artrite, imbagħad bdew il-fits u mbagħad pressjoni għolja. L-għadam tiegħu, jekk jaqa', jikser. Din il-marda tattakka l-organi kollha. Kiefra ħafna."

Katriel jispiċċa protagonista tal-Istrina. Imma kollox beda meta dehret l-intervista ma' Katriel f'Xarabank. Fi ftit jiem jarawha 'l fuq minn mitejn elf ruħ. U Stellina kienet semgħetu jgħid li jixtieq isiefer.





"L-għada li smajt li jixtieq isiefer mort għand id-diretturi u għedtilhom, 'Hawn dan it-tifel u jiena nħoss li verament nistgħu nagħmlu l-ġid, jekk aħna lil dan it-tifel noħduh għal vaganza." U Stellina tmur tagħtih sorpriża d-dar u tgħidlu li ħa jmur Eurodisney.



Katriel feraħ ħafna dakinhar. "X'ħin tarah jifraħ, tieħu pjaċir għalih. Kif tara għajnejh jixegħlu bil-ferħ," tgħidilna ommu Fiona.

Tasal il-ġurnata, u Katriel flimkien ma' ommu, missieru, Stellina u Claire jerħulha għal Eurodisney. 


"Filli qed tarah ibati u mbagħad qed tarah differenti, jieħu pjaċir," tistqarr ommu. Minħabba l-marda, Katriel kien qed jgħejja ħafna. "Tipprova tkun pożittiva kemm tista'. Jiġu mumenti li fihom jistaqsini ċertu kliem li jaħsadni bih. Għidli, 'Imma jiena kif ma nimxix bħal ħaddieħor? Jien kif ma kbirtx bħal ħaddieħor? Però nirringrazzja lill-Bambin li narah jifraħ u jieħu pjaċir."

Meta kien hemm, Katriel tefa' l-flus fil-futana u għamel xewqa. "Jiena tfajt il-flus u għamilt ix-xewqa li nfiq. Xtaqt ħafna u ħassejtni kuntent li kieku nista' nfiq u li kieku din issir realtà," jgħidilna Katriel. "Li jiġi jgħidlek biex infiq, li jiena naf li ma jistax, kiefra. Qalbek tħossha ħierġa. Huwa b'kollox jifraħ, imma din kienet ħolma inkredibbli li ma stajniex nagħmluha aħna. Nirringrazzja lil Alla li Katriel qiegħed għandi u mnalla għandi lilu f'ħajti. Kuntenta bih ħafna u li kieku jkolli nerġa' ndawwar l-arloġġ, minbarra t-tbatija, xorta nixtiequ lilu, jiġifieri l-istess tifel li għandi."

"L-ewwel darba li sifirt u ma ridtx niġi lura. Sifirt minħabba mard, u bkejt bid-dwejjaq, u hawnhekk bkejt bil-ferħ daqskemm ħadt pjaċir. Il-ħin kollu nidħak u d-daħka lanqas riedet tmur minn fuq wiċċi daqskemm ħadt pjaċir", Katriel. 

No comments:

Post a Comment