best deal

Wednesday, 30 May 2018

BIL-FILMATI: "Qed tarakom l-Italja kollha ... u Malta kollha" - Riki




Ir-rebbieħ tal-kant tas-sena l-oħra ta' Amici, Riki, isemmi lil Malta ma' Emma u ma' Irama.



Ilbieraħ Riki mar iżur lill-parteċipanti tal-iskwadra Bianca u tal-iskwadra Blu, fosthom lil Emma. Magħhom qasam l-esperjenza li kellu s-sena l-oħra meta rebaħ l-edizzjoni tas-sena l-oħra t'Amici.

F'mument minnhom fakkarhom li qed tarahom l-Italja kollha u Malta kollha. Fil-fatt Malta terġa' tissemma meta lil Emma, Riki jsaqsiha jekk se terġax tmur lura lejn Malta. Hija qaltlu li tmur lura Malta, iżda ma tafx x'se tagħmel. Riki għalaq bil-kliem Forzi Bianchi u Forza Malta. Ara l-intervista sħiħ hawnhekk. 

Ilbieraħ Emma wkoll iltaqgħet mal-maniġer tal-artisti tal-Warner Music Italy, Roberto Fagioli. F'din il-laqgħa, Roberto qal lil Emma li jaraha kantanta li tipprometti fis-suq internazzjonali. Filwaqt li qaltlu li l-mużika hija t-triq tagħha, stqarret li waħda mix-xewqat tagħha hija li tkanta quddiem ħafna nies. Ara l-intervista sħiħa hawnhekk.

Is-semifinali ta' Amici se ssir nhar il-Ħadd li ġej.

No comments:

Post a Comment