
"6111-il ġurnata, 6111-il emozzjoni ta' passjoni, ta' ferħ u biki, ta' rebħ u telf. Grazzi lilkom li kontu parti minn din l-avvenutra għax kull wieħed u waħda minnkom għamiltu din l-avventura indimentikabbli."
Din biċċa mill-messaġġ li kiteb Buffon fuq Instagram hekk kif ftit tal-ħin ieħor tiġi fi tmiemha avventura li damet 17-il sena.
Il-gowler ta' fama mondjali Gianluigi Buffon se jħalli lit-tim ta' Juventus wara numru ta' snin. Fihom huwa kiseb il-qlub mhux biss tal-partitarji Juventini iżda wkoll ta' dawk kollha li jsegwu dan l-isport.
Kompla jgħid li għalih dawn kienu 17-il sena li ħallew timbru f'ħajtu li fihom rebaħ 9 kampjonati, 4 darbiet il-Coppa Italia mat-tim ta' Juventus u 5 Super Coppa Italia mat-tim ta' Juventus.
Hu spiċċa billi rringrazzja lid-direġenti, l-istaff u coaches kollha li kien hemm matul dawn is-snin iżda fuq kollox irringrazzja l-isupporters li dejjem kienu hemm għalih u għat-tim Juventin, u wegħidhom li se jibqgħu dejjem f'qalbu u li Juventus se jibqa' dejjem id-dar tiegħu għal dejjem.
Fil-partita tal-lum kontra Verona, apparti li fi tmiem tal-partita jiġu inkurunati champions għas-7 sena konsekuttiva, bla dubju mhux se jonqsu li l-partitarji jsellmu lill-idolu tagħhom għall-aħħar darba b'dan il-flokk fejn hu mifhum li se jagħmlu xi koreografija apposta biex jirringrazzjawh ta' dak kollu i għamel għat-tim Juventin u kif vera jistħoqqlu.
Kitba: Matthew Vassallo
No comments:
Post a Comment