best deal

Thursday, 31 May 2018

Din it-tfajla Maltija se tibda tilgħab ma' tim barrani kbir ieħor




Rachel Cuschieri għadha kemm iffirmat kuntratt ta' sentejn mat-tim ta' PSV Vrouwen.



Aħna tkellimna ma' Rachel li tgħidilna kif ingħatat din l-opportunità. "Din ġrat meta kellna friendly bejn it-tim li kont qed nilgħab miegħu, RSC Anderlech, kontra PSV Vrouwen. Ħallejt impressjoni tajba u kienu saqsewni jekk ma nixtieqkx li ningħaqad magħhom, la jingħalaq il-kuntratt. Ma stajtx ngħid le u ffirmajt magħhom."


Rachel għad għandha 26 sena. Il-futbol huwa l-full-time tagħha, xi ħaġa li ma tantx tismagħha ta' spiss f'Malta. "Kuntenta ħafna għax ma tantx jiġru dawn l-affarijiet, speċjalment lil min jiġi minn Malta. Opportunitajiet bħal dawn ma tantx jiġuk. Però jekk għandek ħolma li tixtieq f'ħajtek, taħdem għaliha, kif kien possibbli għalija, huwa possibbli għal kulħadd. Trid temmen ħa tasal."


Rachel kienet tilgħab ukoll mat-tim ta' Birkirkara, fejn dan it-tim kien rebaħ kull unur f'Malta. U xi ħaġa interessanti li forsi ma kontx taf hi li Rachel hi l-iżgħar goal scorer li ta' 14-il sena kienet diġà qed tilgħab mat-tim nazzjonali Malti! 

Nawguraw lil Rachel kull suċċess!


1 comment:

  1. Well Done and Good Luck. PSV is a big club. Make us Maltese Proud.

    ReplyDelete