best deal

Friday, 18 May 2018

ESKLUSSIVA: Meta l-Pulizija Simon Schembri salva tarbija


Simon Schembri kien ġie f'Xarabank wara l-att erojku tiegħu.


Kien ħames snin ilu, meta mara welldet lit-tarbija tagħha bis-saħħa ta' Simon Schembri wara li l-karozza misjuqa minn żewġha inqabdet fit-traffiku.

F'Xarabank, l-omm kienet qaltilna x'kien ġara qabel ma welldet lit-tarbija. "Konna sejrin l-isptar, żiedli l-uġigħ ħafna f'daqqa u r-raġel għedtlu, 'Aħjar iċċempel lill-ambulanza għax naħseb mhux ħa naslu."

F'daqqa waħda wasal Simon fuq il-post. "Daħlet il-call fir-radio tagħna tgħidilna li hemm mara tqila maqbuda fit-traffiku u x'aktarx ħa twelledt. Ħadd ma bagħatni imma ma tanix id-demm li ma mmurx nittawwal x'inhu għaddej. Indur 'l hemm u ndur 'l hawn ġol-fabbriki, u rajt din il-karozza blu pparkjata fuq il-bus stop u għedt, 'Mela dawn huma'," kien qalilna Simon.

"Rajt lir-raġel idur mal-karozza bil-mowbajl iċempel u lanqas jaf x'se jaqbad jagħmel, u nara lill-mara twerżaq miskina ġol-karozza tgħid, 'Ħiereġ, ħiereġ.' Bdejt inżommilha ftit idejha biex forsi noħodilha minn moħħha għax kieku tat s-salt kien joħroġ il-baby żgur." 

U Simon ħa deċiżjoni. "Għedt, 'Naħseb wasal il-ħin li aħjar immorru l-isptar.' Kif ħa nirkeb fil-karozza għedt lir-raġel biex jirkeb fuq wara ħalli jsuq. Ħallejt il-mutur hemm u tlaqt bil-karozza."

Simon flimkien ma' pulizija salvaw lil din it-tarbija li x-xahar id-dieħel ħa jagħlaq 5 snin. 

Simon Schembri huwa l-pulizija li ttajjar minn żagħżugħ ta' 17-il sena waqt il-qadi ta' dmirijietu.

No comments:

Post a Comment