Ilbieraħ il-Pulizija marru jkellmu lil din it-tfajla li kienet qed tixxemmex.
B'mod esklussiv, din hi t-telefonata mid-depow:
LEĦEN TA' MARA (BLA NIFS): Hello, urġenti please, hawn fuq it-Tritoni hawn mara kważi bil-patata barra qiegħda tixxemmex.
DEPOW (RELAXED): Ok sinjura issa nibagħtu lil xi ħadd ...
LEĦEN TA' MARA: Issa, issa issa ibagħtu għax għadu kif għadda raġel u beda jiċċassa lejha u jgħid kemm hi armata.
DEPOW: Armata? Le jekk armata meta nibgħat mela spettur, surġent u pulizija u jekk jista' jiġi, jiġi anke l-Kummissarju ...
Ilħna fil-bogħod, "Ħa mmur jien sir, ħa mmur jien, it's not fair, meta jkun hemm każijiet ta' indiċenza dejjem lil dak tibgħat sir. Lili għal xi purċissjoni ssibni."
Kitba: Peppi Azzopard
No comments:
Post a Comment