best deal

Thursday, 31 May 2018

"Għal min sejra tajjeb l-ekonomija?" - Norman Scicluna tal-Patrijotti Maltin



Il-membru tal-Patrijotti Maltin, Norman Scicluna, jistqarr li din mhi xejn ħlief regħba minn fuq dahar iż-żgħir.

Aħna tkellimna dwar l-ekonomija ta' pajjiżna ma' Norman u jgħidilna li din hija bbażata fuq cheap labour. "Wieħed ma jistax jgħid li l-ekonomija tal-pajjiż mhijiex sejra tajjeb. Però wieħed irid jistaqsi x'tip ta' eknomija hija din? Ekonomija bbażata fuq eluf u eluf ta' nies importati fostna u li mhumiex biżżejjed għax qed jgħidulna li qed iġibulna iktar? Għalija l-ekonomija ta' pajjiżna hija waħda bbażata fuq cheap labour."

Jistaqsi għal min sejra tajjeb l-ekonomija? "Meta ngħidu l-ekonomija sejra tajjeb, tajjeb għal min? Għal ħaddiema, għall-familji, għaż-żgħażagħ jew għal uliedna? Jew tajjeb għall-kuntratturi, għall-imprendituri u oħra? Min qed igawdi fil-verità? 

Jistaqsi wkoll x'qed jiswa dan it-titjib ekonomiku? "B'liema prezz sejra tajjeb l-ekonomija? X'qed tiswa lill-poplu Malti? X'qed isarraf is-sippost progress lill-bniedem iż-żgħir? Veru dak li qed jgħidu, li ż-żgħir sippost se jgawdi mal-kbir jew il-kbir qed jixxala u ż-żgħir jispiċċa jsaffar? Fuq kollox ngħid ukoll, x'inhu l-piż ta' din il-massa kollha biex taparsi mmexxu l-ekonomija fuq ir-riżorsi naturali tal-pajjiż; l-ilma, id-drenaġġ, l-enerġija u fuq kollox it-traffiku? Nitilfu dan kollu għall-piż li ġa żied u qed nerġgħu nżidu fuqna?

Għal dawn il-mistoqsijiet, Norman itemm b'din it-tweġiba: "Din mhijiex għajr regħba minn fuq iż-żgħir, inkluż il-ħaddiema li qed jiġu minn barra u qed jiġu sfruttati, mingħajr ma nqisu l-futur ta' pajjiżna u ta' wliedna."

Għada f'Xarabank se nitkellmu fuq is-sitwazzjoni tal-ekonomija u tax-xogħol f'pajjiżna.

No comments:

Post a Comment