best deal

Thursday, 3 May 2018

"Il-Pulizija weħħel fija talli inġema' t-traffiku u qabad jgħajjat li se jtini ċitazzjoni"


Il-mara kien ipparkjata quddiem garaxx bil-hazard lights mixgħulin.


Aħna tkellimna mal-mara li tgħidilna xi ġralha lbieraħ filgħodu fi Triq Fleur-de- Lys. "Kien filgħodu, mort sal-iskola innewwel xi affarijiet lit-tifla l-iskola. Ipparkjajt quddiem garaxx u xgħelt il-hazard lights għax kont naf li ma kellix indum. Kif ħriġt mill-iskola, il-Pulizija għajjat miegħi u qalli li għandi ċitazzjoni għax ostakolajt it-triq. Mentri jiena ma ostakolajt xejn. Li ġara kien li t-tfal tal-iskola kellhom ħarġa u allura ġew ħafna coaches kbar li kollha kienu pparkjati fejn mhux sippost, u b'hekk weħel it-traffiku."

Din mhijiex l-ewwel darba li pparkjat f'dan il-post. "Naf liema huma l-garaxxijiet li jintużaw ta' spiss, u għandi anke l-familjari u l-ħbieb tiegħi li joqogħdu hemm. Mhux jiena biss ġieli pparkjajt hemm. Rari ħafna li nipparkja hemm għax it-triq tkun magħluqa għat-traffiku f'ċerti ħinijiet, u lbieraħ inzerta li kien qabeż dak il-ħin, u b'hekk kienet miftuħa ."

Tixtieq li din iċ-ċitazzjoni ma tingħatax. "Nixtieq li ma niħux ċitazzjoni għax ma ħaqqnix. Jiena pparkjajt mal-ġenb, bil-hazard lights mixgħulin u apparti minn hekk naf illi sid il-garaxx kieku ried iċċempel hu stess biex din titneħħa. Però ma ġara xejn minn dan. Inħossha inġusta li għax weħel it-traffiku, il-Pulizija li kien hemm weħħel fija. In-nies li kien hemm ukoll qaluli li jien fil-ġenb kont u ma naħti xejn. Apparti minn hekk, meta pparkjajt l-coaches kienu għadhom ma waslux kollha. Kulma kien hemm waħda, ipparkjata aktar 'il fuq. Fi kliem ieħor, żgur li ma kontx jiena li ostakolajt it-triq."

Xarabank bagħat il-mistoqsijiet tiegħu lill-Pulizija.

1 comment:

  1. "weħħel" "sippost" ..........u Vassalli jitqalleb !

    ReplyDelete