
Din hija s-sitwazzjoni ta' kull ġurnata f'Ta' Sliema.
Fuq Facebook, mara ilmentat dwar l-ammont ta' skart li qed jkun barra fi Trejqet Sant'Injazju mat-8:00am. "It-8:00am, u t-triq kollha tidher qisha miżbla kuljum, barra Belmonte Heights f'Ta' Sliema. Hija disgustanti! Il-Kunsill Lokali ta' Ta' Sliema għandu jagħmel xi ħaġa. Ibda mmulta jew agħtihom barmil żibel kbir. Dan iż-żibel veru qed jinten dalgħodu!"
Ilbieraħ tħabbar li l-boroż taż-żibel mhux se jibqgħu jinħarġu bl-addoċċ u min mhux se jimxi mal-kalendarju tal-Kunsill Lokali jista' jeħel multa sa €300. Dan biex jinħarxu l-multi lil min jinqabad jarmi illegali jew joħroġ il-boroż tal-iskart aktar minn erba' sigħat qabel il-ħin normali tal-ġbir.
Il-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera qal li se jżidu l-pieni għal sitwazzjonijiet varji meta wieħed jarmi l-iskart b'mod illegali u jabbuża. Sostna li l-multi ta' bħalissa mhumiex iservu ta' deterent għal min jabbuża.
Inti x'taħseb fuq l-iskart li jinħareġ fit-toroq?
No comments:
Post a Comment