best deal

Wednesday, 16 May 2018

"Int l-eroj ta' kull Malti" - Bint il-Pulizija

Il-Pulizija Simon Schembri allegatament ittajjar ilbieraħ minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 17-il sena.

Ftit ħin ilu, Leah Scehmbri, it-tifla ta' Simon Saliba, irringrazzjat lill-Maltin għall-kuraġġ li qed juru mal-familja tagħhom, tiddeskrivi lil missierha bħala eroj.
"Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-Maltin kollha li wrew solidarjetà, u mħabba lejn il-familja tiegħi anke b'sempliċiment messaġġ. Il-kuraġġ tagħkom kien ta' sapport kbir u tant kemm bagħtuli messaġġ, li impossibbli li nirrispondihom kollha. Anke min ma jafnix bagħatli. Grazzi."


Tiddeskrivi lil missierha bħala eroj. "Inti l-eroj ta' kull Malti li kemm ilek fis-servizz 22 sena. Salvjat ħajjiet u ħriġt qalbek għax-xogħol biex tgħin lil min ġie fil-bżonn. Minn dejjem kont b'qalbek tad-deheb iżda dak li tieħu meta tagħmel xogħol sewwa minn ċertu nies. Il-ġurnata tax-xogħol normali tiegħek kellha tinbidel f'taġedja bħala din. Bħalek pulizija oħra li jissugraw ħajjtihom kuljum. #respect!"
Filwaqt li qalet li tixtieq li f'Malta ssir ġustizzja, talbet biex jinbidel ir-ritatt għal 'lives in blue do matter. Temmet għid li Malta hi kollha wara missierha u kollha wara s-servizz tal-Pulizija.


Ilbieraħ tkellem ukoll ibnu, Sheean li stqarr kif huwa kburi li l-pulizija huwa missieru. Fost l-oħrajn qal, "B'mod kburi nista' ngħid li dan il-pulizija qalbieni u ġeneruż huwa missieri u dak li ġara llum huwa ta' qsim il-qalb għax huwa kien qed jagħmel xogħlu biex iwaqqaf lil żagħżugħ milli jsuq mingħajr seat belt biex jipproteġi ħajtu stess. Li tidħol l-isptar u tarah f'dak l-istat, fejn xejn mhu ċert jekk se jqum jew le, hi sitwazzjoni li taqtagħlek qalbek." Filwaqt li stqarr id-dispjaċir tiegħu biex xi kummenti li nkitbu, esprima x-xewqa tiegħu li missieru jirkupra malajr kemm jista' jkun, u qal li jħobbu.



Dalgħodu fil-Qorti, iż-żagħżugħ ta' 17-il sena tressaq il-Qorti akkużat b'attentat ta' qtil. Filwaqt li l-avukati tiegħu talbu li jinħeles mill-arrest, il-prosekuzzjoni rrifjutat din it-talba. Għaldaqstant, iż-żagħżugħ qed jinżamm arrestat.

No comments:

Post a Comment