
Is-Sibt li għadda l-Kurja fakkret li ma jistax jinħaraq nar minn fuq il-knejjes jew minn fuq propjetà tal-Knisja.
L-uffiċċju tal-Vigarju Ġenerali ħarġet ċirkolari tgħid hekk: "Infakkru li hu projbit li jsir ħruq tan-nar minn fuq il-knejjes jew minn propjetà tal-Knisja. Din hi policy li għandha tapplika għal kull knisja u propjetà li tagħha hi responsabbli l-Knisja. Ma jsirux eċċezzjonijiet f'anniversarji jew ċirkustanzi oħra. Hu dmir tal-arċipriet/kappillan jew tar-rettur tal-knisja partikolari li jara li din il-policy tkun segwita."
Aħna tkellimna ma' Fr David Muscat li jħoss li ċ-ċirkulari hi banali. "Probabbli din saret għax jibżgħu. Forsi jkun hemm xi parroċċi li mal-istuppini jżidu xi murtalli kbar, u minflok jaffaċċaw lill-parroċċa jew lill-individwu li qed jagħmel dan l-abbuż, iduru għal kulħadd għax jibżgħu. Jiġifieri ma' wieħed jeħel kulħadd, anke min mhux qed jikser il-liġi."
Jistaqsi l-għala ma jistax jinħaraq nar għal qaddis, u għal okkażjonijiet oħrajn jinħaraq. "Illum in-nar jinħaraq fit-tiġijiet, naħarqu l-murtali għal gay pride, u mbagħad il-Kurja ma tridx li jinħaraq nar għal qaddis. Il-Belt rebħu ż-żewġ kampjonati tal-futbol, u ħarqu l-kaxxa u bil-liġi, jiġifieri ma kisrux l-liġi tal-istat. Allura għaliex u x'fiha ħażin li nar jinħaraq minn fuq il-knejjes jew minn fuq propjetà tal-Knisja, meta l-liġi tal-pajjiż mhux qed tinkiser. Kieku qed tinkiser nifhimha."
Itemm jgħidilna: "Jekk hemm parroċċi li qed jaħarqu xi blalen tas-6 dawn qed jiksru l-liġi. Allura għandhom jindirizzaw lilhom u mhux joħorġu regolament għal kulħadd, u ma' dik il-parroċċa, jeħel kulħadd."
Għandu jinħaraq nar minn fuq il-knejjes jew minn fuq propjetà li tagħha hi responsabbli l-Knisja? Ikkummenta hawn taħt.
Hija hasra li l knisja qed taghmel, minflok taprezza lin nies u zghazagh specjalment li jahdmu sena kollha f dawn l ghaqdiet iktar qed tkompli tbedhom (bhalissa qeda sew il knisja bl attendenza minima ta nies iktar ha tkompli tnaqaas in nies). Hija injoranza kbira li l vigarju generali qed jaghmel hekk wara li l ghaqdiet diga kellhom il-pjannijiet u x oghol lest issa hareg b din il ligi. Huwa injoranza ukoll il vigarju li hu paxxut il kurja jiehu it te u il kappillani u arcipreiti jafacjaw lin nies ( egoizmu kbir). Ghalkemm tajjeb nghidu li hadd mill kappillani mhuma favur din il-ligi.
ReplyDeleteCert li wara din il-ligi nara il'boghod u cert li il-Vigarju Galea Curmi irrid jilhaq flok l-isfoq u qed jiprova jintghogob bhal ma kien prova jaghmel Fr Gouder fl-2011. It-Tnejn ha jfallilhom ghax il-knisja( il-bini) hi tl-Poplu u mhux tieghu.