best deal

Tuesday, 29 May 2018

"Jistgħu jibagħtulek messaġġ u mhux joqogħdu jtellgħuk il-Qorti għalxejn"



Dan ir-raġel tela' l-Qorti erba' darbiet għalxejn.


Isostni li l-Qorti għandha tibgħat messaġġ biex ma wieħed ma joqgħodx jitla' l-Qorti għalxejn meta s-seduta tiġi deferita. "Il-każ tiegħi ilu għaddej u tlajt erba' darbiet il-Qorti għalxejn. Mank jibagħtulek messaġġ, u mhux tasal hemmhekk u jgħidulek li s-seduta ġiet trasferita għal darb' oħra."

Jistqarr li mhuwiex sew li wieħed jitlef ġurnata xogħol għalxejn. "Jiena pensjonant imma ħaddieħor jitlef ġurnata xogħol għalxejn. Kieku din tiġri lili biss, tgħid m'hemmx x'tagħmel, imma din tiġri lil ħafna u kulħadd igorr. Tmur hemm fid-9:00 ta' filgħodu, tistenna u fl-10:30am jiġu jgħidulek li se tiġi trasferita. Il-Qorti dejjem inti tkun minn taħt. Imbagħad jekk ma titlax jarresttawk, u jekk titkellem, iwaħħluk €100. Dan minbarra l-ispejjeż li jkollok mal-avukat fuq il-każ, li titla' għalxejn u biex tipparkja tissogra li teħel ċitazzjoni għax ma ssib imkien."

Itemm jgħid: "Nixtieq li imqar jibgħatulek messaġġ. Miskin dak li jitla' l-Qorti u jkollu r-raġun għax huwa jbati."

1 comment:

  1. dan is-servizz huwa disponibbli permezz tar-reġistrazzjoni fis-sit https://ecourts.gov.mt/onlineservices/sms

    ReplyDelete