best deal

Thursday, 24 May 2018

Kantant Malti ieħor li qed jikber u jagħmel isem lil Malta barra minn xtutna


Il-kantant Malti Norbert Bondin għadu kemm ħareġ EP ta' diski ġodda li kitibhom kollha hu. Il-kanzunetti huma dwar il-ħajja personali tiegħu u dwar l-isfidi li jgħaddi minnhom kuljum.

Minn meta kien għadu żgħir ħafna, Norbert kien ibati mit-temtim, imma maż-żmien induna li minkejja li t-temtim kien itellfu ħafna meta jitkellem, l-istess temtim kien jisparixxi għal kollox meta jkanta. U din il-kapaċità tatu l-opportunità li jesprimi ruħu b'mod liberu, mingħajr tfixkil u li jikber fil-karriera bħal ħafna kantanti Maltin bravi oħra.

Illum Norbert għandu 24 sena u s'issa diġà kien f'kompetizzjonijiet internazzjonali kbar tat-televixin, bħal Britain's Got Talent u All Together Now, fuq BBC1.

Norbert studja u ħadem fil-mużika f'Malta, Londra u Hollywood, u issa kiteb dan l-EP li mistenni jitfaħlu aktar bibien fil-karriera mużikali tiegħu.

L-EP jismu Effie Road u tista' ssib aktar informazzjoni dwaru fuq il-website ta' Norbert, www.norbertbmusic.com jew inkella fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu.

U hawn taħt tista' tara l-music video tas-single tiegħu Momentarily.

No comments:

Post a Comment